Il-volpi fil-maxtura

Meta kont tifel żgħir, ma kellniex television, kompjuter u mobile.  Kulma kellna kien ir-Rediffusion.  Għalhekk, tgħidx kemm konna nieħdu gost meta n-nanna kienet tiġborna, aħna t-tfal żgħar, u tirrakkuntalna xi ħrafa.  Ma nafx kinitx tivvintahom hi, jew kinitx semgħethom xi darba, aktarx minn għand ommha.  Kienet taf tirreċta, u kultant ittawwal l-aħħar sillaba biex tinstama’ misterjuża. Niftakar li darba, qrib il-Milied, kienet qaltilna l-leġġenda tal-volpi fil-maxtura:

aktar