Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof f’Diċembru 2022

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m., mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Is‑Sibt 3 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Daniel Cardona bħala kappillan tal‑parroċċa taż‑Żurrieq.

Il‑Ħadd 4 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd mill‑Kappella ta’ San Niklaw, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tnejn 5 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jieħu sehem fl‑Għasar Patrijarkali mmexxi mill‑Patrijarka Bartilmew I, fil‑Knisja ta’ San Nikola, il‑Belt Valletta.

It‑Tlieta 6 ta’ Diċembru, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof imexxi laqgħa ekumenika  ta’ talb bis‑sehem tal‑Patrijarka Bartilmew I fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħamis 8 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., fil‑festa tal‑Kunċizzjoni Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tas‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù. Matulha l‑Arċisqof jilqa’ t‑talba tas‑seminarista Matthew Sammut għall‑ordinazzjoni għad‑djakonat u l‑presbiterat. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:00 p.m. l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Franco Fenech bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Immakulata Kunċizzjoni tal‑Ħamrun.

Is‑Sibt 10 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebraquddiesa fil‑ftuħ taċ‑ċelebrazzjonijiet mill‑125 sena mit‑twaqqif tal‑parroċċa tal‑Kalkara.

Il‑Ħadd 11 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesatal‑Ħadd mill‑parroċċa ta’ Ħal Għaxaq. Wara jiltaqa’ mal‑parruċċani. Din tixxandar fuq knisja.mtNewsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.

Il‑Ħadd 18 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħaddmill‑parroċċa ta’ Sta Venera. Wara jiltaqa’ mal‑parruċċani. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tlieta 19 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bis‑sehem tat‑tfal mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ħamis 22 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesamid‑Dar tal‑Kleru, f’Birkirkara. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru, fil‑5:15 p.m., f’lejlet il‑Milied, Mons. Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied solenni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili. Fil‑11:15 p.m. l‑Arċisqof imexxi l‑Uffiċċju tal‑Qari fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Wara jkun hemm għanjiet u l‑prietka tal‑Milied. F’nofsillejl l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., f’Jum il‑Milied, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru, fis‑5:45 p.m., f’lejlet l‑ewwel tas‑sena, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Aqra Aktar
  • Ittra miftuħa lill-membri tal-Parlament Malti
  • Nipproteġu kull ħajja umana b’għożża kbira
  • Avviż
  • Titnieda l-bijografija ta’ Patri Donat Spiteri
  • Il-Patrijarka Bartilmew I bi żjara storika 

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: