Qed inwasslilkom din l-istedina min-naħa tal-Institute for Pastoral Ministry fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex.
Qed jiġi organizzat Kors (Award in Biblical Formation: An Introduction to the Bible), li huwa akkreditat, għal dawk li għandhom minn 18-il sena ‘l fuq, dwar il-Formazzjoni Bibblika. Stedina speċjali hija għalikom li taħdmu fil-qasam tal-katekeżi.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa sas-27 ta’ Jannar 2023. Il-lezzjonjjiet ser isiru fiċ-Ċentru Pastorali tar-Ragħaj it-Tajjeb f’Taċ-Ċawla, mis-Sibt 11 ta’ Frar sas-Sibt l-1 t’April. Il-ħinijiet ikunu: l-ewwel erba’ lectures mit-3:00pm sas-6:15pm u l-aħħar erba’ lectures mit-3:00pm sal-5:00pm. Dan il-kors isir bi ħlas, biex jittaffew l-ispejjeż. Għal iktar informazzjoni kellmu lil Fr Noel Saliba jew l-istess Institute. Id-dettalji qegħdin mal-powster hawn taħt.
