minn Manwel Cutajar
L-Ewkaristija – L-Ikla tal-Mulej
Wara li f’artikli ta’ qabel f’din is-sensiela tkellimna fil-qosor dwar it-tifsir tat-terminu Ewkaristiku L-Ikla tal-Mulej inħoss li hu xieraq u opportun li nġibu siltiet mir-riflezzjoni profonda u teoloġika dwar l-Ewkaristija bħala li hi L-Ikla tal-Mulej, anzi l-Bankett (banquit) Divin, miktuba mid-Dumnikan San Tumas ta’ Akwinu (1226-1274), magħruf bħala “Id-Duttur Angeliku”. Għall-ħidmiet u l-kitbiet teoloġiċi kbar tiegħu, fosthom is-“Summa Theologica” (f’Ħames Volumi) u is-“Summa Contra Gentiles” (f’ Erba’ Volumi) il-Knisja Kattolika tqis lil San Tumas bħala “Duttur tal-Knisja.”
aktar