Xi swiet lil Pawlu l-konverżjoni tiegħu

Print Friendly, PDF & Email

Mfakkra mill-Knisja fil-25 ta’ Jannar ta’ kull sena …

Xi swiet lil Pawlu il-konvderżjoni tiegħu

Memorja tal-mibegħda lejn l-Insara

L-ewwel li niltaqgħu ma’ San Pawl hu fil-martirju tad-djaknu Stiefnu. Sa’ dak iż-żmien San Pawl kien imsejjaħ Sawl. L-istudjużi tal-Bibbja jgħidu li Sawl kellu madwar 25 sena. Huwa qagħad għassa mal-ħwejjeġ tal-Lhud li kienu qed iħaġġru lil Stiefnu.

Bidla fil-moħħ u fil-qalb

Il-bidla f’Pawlu minn persekutur ta’ l-Insara għal appostlu ta’ Kristu hi waħda mill-iktar konverżjonijiet li baqgħu jissemmew fl-istorja. Kienet bidla li ħalliet effett kbir fl-istorja u hi mnaqqxa fl-Iskrittura Mqaddsa.

Laqgħa misterjuża ma’ Ġesù

Għalkemm lil San Pawl insejħulu appostlu, ma kienx wieħed mit-tnax li jissemmew fl-Evanġelju. Hu appostlu għax kien Ġesu’ stess li għażlu u għallmu b’mod misterjuż fid-deżert tal-Għarabja qabel ma beda jwettaq il-missjoni tiegħu.

Vjaġġi ta’ tbatija

 San Pawl ried li jxandar l-Evanġelju lill-popli. Biex iwassal il-kelma ta’ Alla bata ħafna fit-tliet vjaġġi li bdew minn Ġerusalemm u ħaduh f’ħafna naħat tas-Sirja, tat-Turkija, tal-Greċja, f’Ċipru… Ġie wkoll fil-ġżira tagħna Malta.

Il-Magħmudija tal-Maltin

Malta għandna rabta qawwija andna rabta qawwija ma’ San Pawl, li nsej ma’ San Pawl, li nsejħulu “missierna”. Bil “missierna”. Bil-miġja tieg ja tiegħu f’Malta isem pajji f’Malta isem pajjiżna se jibqa’ na se jibqa’ mniżżel b’ġieħ fil-Bibbja. Imma Bibbja. Imma l-iktar importanti hu li Malta iktar importanti hu li Malta żammet s ammet sħiħ fil-fidi li wasslilna fidi li wasslilna San Pawl elfejn sena ilu.

Swietlu l-martirju

Ir-rakkont ta’ l-Atti ta’ l-Appostli jispiċċa bil-wasla ta’ Pawlu f’Ruma u ma jsemmi xejn dwar il-mewt tiegħu. It-tradizzjoni tal-Knisja, il-kitbiet ta’ l-għorrief kif ukoll l-arti Nisranija wasslulna li Pawlu ingħata l-martirju f’Ruma fi żmien l-Imperatur Neruni.

Minn Joe Galea

%d bloggers like this: