Id-djarju “5 Minuti Kollox”.

Print Friendly, PDF & Email

Dan l-aħħar, il-KDŻG ippublikat id-djarju “5 Minuti Kollox”.

Dan id-djarju kien stampat għall-ewwel darba s-sena l-oħra u din is-sena kien stampat mill-ġdid b’riflessjonijiet ġodda skont il-Kelma ta’ Alla ta’ Sena “A”.

Fl-2022 kien hemm diversi gruppi li xtrawh u użawh waqt il-laqgħat stess, kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Kull min irid jixtri kopji ta’ dawn id-djarji, għad għandu ċans sal-Ħadd 5 ta’ Frar. L-ordnijiet jistgħu jhsiru direttament online minn fuq … https://kdzg.mt/product/hames-minuti-kollox-2023/

Il-prezz ta’ wieħed huwa €9, waqt li l-prezz ta’ aktar minn 10 djarji huwa ta’ €7.50.

Din l-inizjattiva żgur li tista’ tgħin ħafna lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna u permezz tagħha nkomplu nqarrbuhom lejn l-Kelma t’Alla. 

%d bloggers like this: