Għajnuna lit-Turkija u s-Sirja mid-Djoċesi ta’ Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Ilkoll smajna bit-terremot devastanti li ħakem it-Turkija u s-Sirja. Għall-grazzja ta’ Alla, il-magna tas-solidarjetà internazzjonali qed taħdem.

Bħala Djoċesi nixtiequ nagħtu l-kontribut tagħna aħna wkoll. Għal dan il-għan qed nistiednu għal dawn iż-żewġ inizjattivi:

1. Ġbir ta’ kutri, ħwejjeġ tax-xitwa, eċċ mill-ambaxxata tat-Turkija

Hemm min fostkom li diġà ħa l-inizjattiva li jissieħeb fit-talba li għamlet l-ambaxxata tat-Turkija biex jintbagħtu kutri, ħwejjeġ tax-xitwa, eċċ bħala għajnuna għat-terremotati. Ġejna kkuntattjati mill-Protezzjoni Ċivili ta’ Għawdex biex jekk niġbru xi materjal neħduh il-ħeliport, għax hemmhekk qed jinġabar il-materjal fil-kontejners. Avżaw fil-quddies/facebook biex in-nies li tixtieq tikkollabora, tmur bil-ħwejjeġ miġbura fil-ħeliport, ix-Xewkija.

2. Ġabra fil-knejjes

Fuq xewqa tal-Isqof tagħna, il-Ħadd 19 ta’ Frar se ssir ġabra fil-knejjes kollha għat-terremotati tat-Turkija u s-Sirja. Il-ġbir kollu ta’ dak il-weekend imur għal dan il-għan. Il-flus miġbura jingħataw bla dewmien ta’ żmien lill-Uffiċċju Caritas tal-Kurja. Nitlobkom tagħmlu avviż f’dan ir-rigward fil-quddies u fil-bullettin tal-Ħadd li ġej, u fuq il-mezzi soċjali tagħkom.

Leave a Reply

%d bloggers like this: