Irtir Karmelitan onlajn

Print Friendly, PDF & Email

IT-TALB: Mod kif ngħixu l-vokazzjoni tagħna bħala wlied Alla

It-tema tal-irtir ta’ din is-sena hija “It-Talb: Mod kif ngħixu l-vokazzjoni
tagħna ta’ wlied Alla.”

Ulied Alla: aħna diġà wlied Alla permezz tal-magħmudija tagħna.
Imma kif nistgħu nirrealizzaw bis-sħiħ il-vokazzjoni profonda tagħna
li nkunu wlied Alla? It-talb mentali, li huwa talb silenzjuż personali,
huwa mod privileġġjat għalina biex nikbru bħala wlied Alla fi Kristu.
Dan l-irtir tar-Randan jgħinna nġeddu l-ħajja spiritwali
tagħna — fil-fond — sabiex nesperjenzaw il-grazzja tal-Għid bi
gratitudni bħala wlied Alla!

Billi timla l-formola hawn taħt, tista’ tirreġistra mingħajr ħlas għal
dan l-Irtir tar-Randan Karmelitan Onlajn 2023.

Kif nagħmel l-irtir? Ladarba timla l-formola hawn taħt u tikklikkja
IBGĦAT, tkun irreġistrat għall-irtir. Ser tirċievi messaġġ ta’ konferma
bl-email (jekk jogħġbok, iċċekkja l-folder SPAM ukoll!).

Nhar l-Erbgħa tal-Irmied u mbagħad kull ġimgħa, kull nhar ta’ Ġimgħa
tar-Randan, ser tirċievi meditazzjoni ta’ ispirazzjoni għall-ġimgħa ta’
wara (test u vidjo), flimkien ma’ testi qosra biex issebbaħ t-talba
tiegħek ta’ kuljum.

Stieden lill-ħbieb u l-qraba tiegħek! Tista’ tibgħatilhom din il-paġna jew
tirreferihom għall-paġna tal-web:
http://www.irtir-karmelitan-onlajn.karmel.at

%d bloggers like this: