Ser isir nhar is-Sibt 1 ta’ April u ser ikun immexxi minn Patri Marcello Ghirlando. Nibdew fid-9am u nispiċċaw fl-4.30pm. L-irtir ser ikun ibbażat fuq 3 persunaġġi li nsibuhom fl-Evanġelji tal-Ġimgħa Mqaddsa: Pietru, Ġuda u Marija ta’ Betanja. Matul dan in-nofs ta’ nhar iser ikun hemm mumenti ta’ laqgħat, riflessjoni u adorazzjoni.
F’nofsinhar ikollna l-ikel ukoll. Għaldaqstant nitolbukom tħeġġu lill-animatiru biex jirreġistraw sabiex fir-reġistrazzjoni jgħidulna jekk għandhom xi food intollerance. Sabiex inħallsu l-ispejjeż ta’ dan l-irtir ser nitolbu €15 lil kull persuna. Ejjew ma nitilfux din l-opportunità li nkunu flimkien u nieqfu ftit sabiex ikollna Ġimgħa Mqaddsa li tħalli l-frott.
Irreġistraw hawn: https://kdzg.mt/events/from-denial-to-devotion/
