Il-kontenut tal-ħarġa ta’ dan ix-xahar, bħal dejjem, ifakkar l-imgħoddi, ifisser il-preżent, u jħares lejn il-futur.
Fost l-oħrajn, għandna tentufiet tal-ħajja f’Għawdex fis-seklu 20, relatati b’xi mod jew ieħor mar-regolamenti tas-saħħa pubblika ta’ dak iż-żmien. Kont taf li fil-Belt Victoria kien hemm ċinema diġà fl-1928? Kull xahar jista’ jkollok ħarsa sħiħa u illustrata tal-ħidma li qed tagħmel id-Djoċesi għall-ġid spiritwali tan-nies tal-gżira. U għaddejjin proġetti ta’ restawr fl-Iskola Primarja ikonika tan-Nadur u l-għajn famuża tal-Fontana, bit-tama li jiġu ppreservati għall-futur. Il-kwistjoni kontroversjali tal-istatus reġjonali tal-gżira, li ilu tant mixtieq u mwiegħed, terġa’ ttella’ rasha grazzi għal artiklu fuq is-suġġett li jikkonkludi li sa issa ntqal ħafna imma ftit li xejn sar. U għal min irid jitkixxef, isma’ din: min kien wara t-tneħħija stramba – u donnha anonima u sa issa inspjegabbli – tal-proviżjonijiet statutorji li ssanzjonaw il-ħidma taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija fl-2010? Aqra dwar dan kollu u ħafna iktar fil-ħarġa ta’ Frar tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex.

Il-Ħajja f’Għawdex, February 2022, No 1045
The contents of this monthly, as always, recall the past, describe the present, and intimate the future. Among others, we are given snippets of life in early 20th century Gozo, related in some way or other to the public health regulations of the time. Did you know that a cinema opened in Victoria as far back as 1928? Every month you can read a comprehensive overview (illustrated) of the sterling work of the Diocese as it strives to cater for the spiritual wellbeing of the islanders. And restoration projects are in progress concerning the iconic primary school in Nadur and the famed roadside freshwater spring in Fontana, hopefully preserving them for the future. The issue of the island’s long desired, long promised, regional status rears its controversial head again thanks to an article on the topic which concludes that so far there has been a lot of talk but little substance. And here’s one for tough sleuths: who was behind the strange, seemingly anonymous and so-far-unexplained deletion of the statutory provisions sanctioning the operation of the University Centre in Xewkija in 2010? Read all about it, and much else, in Il-Ħajja f’Għawdex.