Festa f’ġieħ San Ġużepp

Print Friendly, PDF & Email

FESTA SOLENNI F’ĠIEĦ IL-KBIR GLORJUŻ PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP, PATRUN TAL-KNISJA UNIVERSALI.

Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Santa Marija ta’ Ġesù – Rabat. Imdina.

Mill-1 sad-19 ta’ Marzu 2023.

L-Erbgħa 1 ta’ Marzu – Bidu tax-xahar Ġużeppin

8:00am, 12:00pm u 7:30pm Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti

5:30pm Tibda l-funzjoni tas-Sitt Erbgħa, fiha ssir il-vestizzjoni tal-Fratelli u l-Konsorelli Ġodda.

Il-Ħadd 5 ta’ Marzu – Jum it-Tfal Ġużeppini

9:45am Manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp tat-Tfal tibda minn triq Cosmana Navarra, bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam


11:00am Quddiesa mir-Rev. Patri Clive Camilleri O.F.M. bis-sehem tat-tfal, janima l-Kor Santa Klara. Wara ssir il-preżentazzjoni tat-Trabi u Tfal lil San Ġużepp fis-Santwarju.

L-Erbgħa 8 ta’ Marzu – L-Aħħar Erbgħa Tifkira tas-60 Sena Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta’ San Ġużepp

5:30pm Tibda l-funzjoni tas-Seba’ Erbgħa li titmexxa mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta.

Is-Sibt 11 ta’ Marzu –

9:30am Attivita’ Soċjali għall-membri Anzjani fis-Sala ta’ Palazzo Xara bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam

7:00pm Riċeviment tal-Membri u Bandisti tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam ġewwa Palazzo Xara

Il-Ħadd 12 ta’ Marzu –  – Ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Knisja

8:00am Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti

10:45am Quddiesa mir-Rev. Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M.  fejn fiha jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa.  Wara jsir l-appell tal-festa u il-ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Bieb tal-Knisja fejn tiġi milqugħa bid-daqq tal-innijiet mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam kif ukoll ikun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali, murtali u murtaletti. Wara jkompli l-Banda tkompli b’marċ brijjuż.

It-Tnejn 13 ta’ Marzu – Jum iż-Żgħażagħ Ġużeppini

9:30 a.m. Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Primarja tar-Rabat

6:00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Grupp taż-Żgħażagħ 193, immexija mir-Rev. Patri Joseph Magro O.F.M.  Waqt l-istess quddiesa ssir inawgurazzjoni ta’ xbieha tal-Beatu Carlo Acutis.

It-Tlieta 14 ta’ Marzu – Jum l-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin

6:00 p.m.  Quddiesa mill-Wisq Rev. Kan. Dun Joe Mizzi, Arċipriet tal-Parroċċa tar-Rabat, għall-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin.

Wara Riċeviment fil-Kunvent mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp flimkiem mal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani.

L-Erbgħa 15 ta’ Marzu – l-Ewwel Jum tat-Tridu 

8:00am u 12:00pm Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti

5:30pm Għasar Kantat.

6:00pm Quddiesa Kknċelebrata bis-sehem tal-qraba tal-Ġużeppini li mietu fl-aħħar sena.  Wara ssir il-priedka tat-Tridu mir-Rev. Dun Roberto Gauci, kurunella, innu, antifona u ċelebrazzjoni ewkaristika.

Waqt il-barka ħruq ta’ murtali u murtaletti

8:30pm Kunċert ta’ marċi mill-Banda L’Isle Adam fis-Sala tal-Każin, f Palazzo Xara.

Il-Ħamis 16 ta’ Marzu – It-Tieni Jum tat-Tridu 

9:30am Quddiesa għall-Anzjani mir-Rev. Patri Stephen Magro O.F.M.

9:30am Attivita’ fl-Iskola Primarja għat-tfal

Filgħaxija kollox bħal jum ta’ qabel.  Il-Quddiesa tas-6.00pm, tkun bis-sehem tal-koppji li għalqu 25 u 50 sena Anniversarju miż-żwieġ tagħhom. 

8:30pm Marċ mill-Banda Ċittadina Sliema.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu – It-Tielet Jum tat-Tridu 

Filgħaxija kollox bħal jum ta’ qabel.  Il-Quddiesa tas-6.00 p.m., tkun bis-sehem tar-rappreżentanti tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp li jinsabu mwaqqfa f’diversi Parroċċi ta’ Malta.

8:30pm Marċ mill-Banda L’Isle Adam. X’ħin il-marċ jasal fil-Belvedere ta’ Għeriexem isir ħruq ta’ murtali, murtaletti, murtali tal-kulur u kaxxa infernali. Spettaklu Audjo Viżiv u tlugħ tal-istatwa tal-Gran Mastru L’Isle Adam fuq l-pedestal fi Pjazza L’Isle Adam.

Is-Sibt 18 ta’ Marzu – Lejlet il-Festa 

7.30am Quddiesa bil-kant tat-Te Deum.

Waqt it-Te Deum u l-11:45am ħruq ta’ kaxxa infernali, murtali u murtaletti

5.15pm Quddiesa bl-omelija.

6.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Ġużepp, Għasar Solenni u Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxiija mill-Wisq Rev. Patri Anthony Chircop O.F.M., Ministru Provinċjal. Jieħdu sehem l-Fratelli tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp u l-Patrijiet Franġiskani. Ħruq ta’ salut, kaxxa Infernali, murtali u murtaletti.(iccekkja ftit x’jinkiteb ftit hawnhekk)

7.45pm Quddiesa bl-omelija.

8.00pm Marċ mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam.

8.15pm Il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċier quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.  Wara tingħaqad mal-Banda L’Isle Adam fejn tkompli l-marċ fit-Triq il-Kbira u tul Triq San Pawl sa’ quddiem il-Monument ta’ San Ġużepp.

10.00pm Ħruq tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru li jintemm bi spettaklu ta’ murtali  tal-kulur, u kaxxa infernali.Iiccekkja ftit x’jinkiteb is-soltu hawnhekk)

Il-Ħadd 19 ta’ Marzu – Jum il-Festa

7.00am Quddiesa konċelebrata mill-Wisq Rev. Patri Anthony Chircop O.F.M., Ministru Provinċjali flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, fejn fiha jingħad it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.

8.00am, 9.00am u 10.00 am Quddiesa fis-Santwarju.

8.45am Jasal proċessjonalment il-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, fejn jingħata merħba mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam ħdejn il-Każin, u jinħarqu murtali u murtaletti.

9.00 a.m. Quddiesa Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Kapitlu Metropolitan, jinseġ il-paneġierku Rev. Mons. Onor. Carmelo Mercieca. Fil-bidu tal-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tax-xemgħa simbolika lil San Ġużepp mis-Sindki tar-Rabat u tal-Imdina.  Jattendi l-E.T. il-President ta’ Malta.

Waqt is-Sanctus ħruq ta’ Murtali u Murtaletti

11:15am f’Palazzo Xara, isir riċeviment għal persuni distinti u benefatturi tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam.

1.00pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam.

5.15pm Quddiesa mir-Rev. Patri Albert Micallef O.F.M.

6.00pm Għasar Solenni, immexxi mill-Wisq Rev. Patri Twany Chirop O.F.M., Ministru Provinċjal.

6.00pm Il-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta, tagħmel Marċ u wara tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-planċier ħdejn il-Knisja.

6.30pm Il-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ tagħmel Marċ u wara takkumpanja l-purċissjoni.

7.00pm Purċissjoni Solenni bl-istatwa devota u artistika ta’ San Ġużepp immexxija mill-Ministru Proviċjal. Jieħdu sehem il-Fratelli tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp u l-Patrijiet Franġiskani.

10.00pm Dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Knisja, fejn jitkantaw l-Innu Popolari u l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jinħaraq salut, kaxxa infernali, murtali, murtaletti, murtali tal-kulur u blalen jakkumpanjaw il-purċissjoni  fejn fid-dħul tinħaraq kaxxa infernali tal-Kulur.

%d bloggers like this: