Il-Papa: Id-disinn tal-arkitettura sagra jrid joħroġ mil-liturġija tal-Knisja

Hekk kif it-Tlieta, l-Akkademji Pontifiċja għamlu s-26 Sessjoni Pubblika tagħhom, il-Papa Franġisku rrifletta fuq l-importanza tal-arkitettura sagra, li ffurmat it-tema għal din l-edizzjoni tas-Sessjoni Pubblika. Huwa fakkar fl-Ittra Appostolika tiegħu tal-2022 ‘Desiderio desideravi’, li kienet iddedikata għall-formazzjoni liturġika tal-poplu ta’ Alla.

aktar