Ġurnata tal-Kurċifiss Mirakoluż

Print Friendly, PDF & Email

Jum il-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu – Ġurnata espost għall-Pubbliku – il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu 2023

Kif isir kull sena fil-Ġurnata iddedikata lilu, il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu se tinfetaħ in-niċċa tal-Kurċifiss Mirakoluż biex ikun espost għad devoti. Il-Knisja tkun miftuħa mis-7.00am u tingħalaq fis-7.00pm. Il-Quddies ikun fis-7:15am, 9:30am, 11:00am, 5.00pm u fis-6.15pm. Ser jitqassmu wkoll santi b’tajjara mimsusa max-xbieha tal-Kurċifiss Miarkoluż dakinhar biss.

Baqa dati vojta u għalhekk qed nagħmlu ukoll stedina lil dawk li jixtiequ jorganiżaw Pellegrinaġġi għall-Knisja tgħna fil-ġimgħatejn li ġejjin – ikun hemm possibilta fid-9.00am, fl-10.00am jew fil-5.00pm – tintalab il-Via Sagra u wara ssir Quddiesa u jispiċċaw b’talb quddiem il-Kurċifiss Mirakoluż. Hemm ukoll umbgħad il-ħin normali tal-Quddies li fih inqaddsu aħna iġifieri fil-11.00am u fis-6.15pm.

Għal aktar informazzjoni jistgħu iċempluli jew jibgħatuli messaġġ fuq 99246768.

%d bloggers like this: