minn Manwel Cutajar
Simboli Insara fl-ewwel żminijet tal-Kristjaneżmu
Fl-artiklu preċedenti tkellimna dwar is-simbolu Ichthys li akrostikament jissimbolizza lil Kristu,u li jinsab f’diversi affreski fil-katakombijiet f’Ruma.Iżda das-simbolu Kristjan ma jinstabx biss miktub fuq il-ħitan tal-katakombijiet imma nsibuh ukoll minqux fl-irħam u l-ġebel kbir f’postijiet oħra. Eżempju klassiku u magħruf ħafna huwa dak li jinsab fuq blata kbira tal-irħam fl-art tal-fdalijiet Kristjani f’Efesu Rumana (tat-Tieni seklu wK) fit-Turkija. Hawnhekk minbarra l-ittri Griegi IXƟYΣ il-Kristjani kienu jużaw s-simbolu Kristogram ċirkolari (tond) li kien fih dawn ittri superimposti b’tali mod li r-riżultat kien jixbah rota bi tmiem ponot.
aktar