Il-Papa jgħid lill-familji mnikkta tal-ħaddiema tal-minjieri Pollakki ‘xi kultant ir-rabja hija talba’

Print Friendly, PDF & Email

F’April 2022, fin-Nofsinhar tal-Polonja mietu tmintax-il persuna u ħafna oħrajn weġġgħu wara li f’ġimgħa waħda seħħew żewġ inċidenti f’minjieri tal-faħam. Fl-20 ta’ April, għaxar minaturi tilfu ħajjithom fil-minjiera ta’ Pniowek, meta theżżieża fis-sit waslet biex jinħareġ gass metanu; u tlett ijiem wara, mietu tmien ħaddiema oħra fil-minjiera Breynia-Zofiowka kawża ta’ splużjoni.

Il-Ġimgħa, l-Papa ltaqa’ mal-membri tal-familja tal-vittmi ta’ dawk l-inċidenti, u esprima l-qrubija tiegħu, u talab magħhom fis-skiet.

Wara li rringrazzja lill-familji tal-vittmi għaż-żjara tagħhom, il-Papa qal li m’għandux kliem, iżda kompassjoni tas-skiet. “Is-skiet huwa ta’ mogħdrija”, qal. “Li titlef ir-raġel, il-missier f’inċident bħal dan, hija sitwazzjoni kerha. U wkoll, il-fatt li xi wħud minnhom għadhom midfuna fil-mijieri…”

“Ma rridx nuża kliem, imma ngħidilkom li jien qrib tagħkom, qrib ħafna, bil-qrubija ta’ qalbi, u nitlob magħkom f’din is-sitwazzjoni diffiċli u kerha ħafna.”

Il-Qdusija Tiegħu qal li kultant, partikolarment f’mumenti bħal dawn, “jidher li Alla ma jismagħniex”. “Hemm is-skiet tal-mejtin u s-skiet ta’ Alla. U dan is-silenzju ġieli jwassalna għar-rabja,” qal il-Papa Franġisku. Huwa stieden lil dawk preżenti biex ma jibżgħux minn dan: “ir-rabja hija wkoll talba”.

“Hija waħda mill-għalixijiet? Li aħna nistaqsu f’dawn is-sitwazzjonijiet,” qal. “U t-tweġiba hija: ‘Fid-dlam il-Mulej hu viċin. Ma nafux kif, imma hu qrib tagħna”. L-Qdusija Tiegħu stieden lill-mistednin tiegħu biex jitolbu miegħu fis-skiet u ta l-barka appostolika tiegħu qabel ma sellem lil kull persuna personalment.

Il-prosekuturi Pollakki fetħu investigazzjonijiet dwar l-inċidenti, u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri tas-sikurezza fiż-żewġ minjieri ġew taħt skrutinju. L-biċċa l-kbira tal-mijieri tal-faħam Pollakki jinsabu fir-reġjun tan-Nofsinhar tas-Silesja u ħafna għandhom preżenza għolja ta’ metanu fil-blat. F’Mejju 2018, ħames persuni kienu tilfu ħajjithom wara li terremot laqat il-minjieta ta’ Zoflowka f’Jastrzebie-Zdroj.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-audience-families-dead-miners-coal-accident-poland.html

%d bloggers like this: