Il-Papa jitlob għall-migranti maqtula f’nar li seħħ fil-kamp tal-migranti Messikani

Il-Papa Franġisku għamel ħsieb u talb għat-38 persuna li nhar it-Tlieta tilfu ħajjithom f’nirien li ħakem il-faċilità tal-migranti f’Ciudad Juarez fil-Messiku, qrib il-fruntiera ma’ Texas. “Ejjew nitolbu għall-migranti li tilfu ħajjithom f’diżgrazzja f’Ciudad Juarez, fil-Messiku,” qal il-Papa Franġisku meta kien qed isellem lill-pellegrini li jitkellmu bil-lingwa Spanjola, waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. “Jalla l-Mulej jilqagħhom fis-Saltna tiegħu u jagħti l-faraġ lill-familji tagħhom”, żied jgħid waqt li talab lil dawk preżenti biex jingħaqdu miegħu fit-talb għalihom.

aktar