Il-Papa jitlob għall-migranti maqtula f’nar li seħħ fil-kamp tal-migranti Messikani

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku għamel ħsieb u talb għat-38 persuna li nhar it-Tlieta tilfu ħajjithom f’nirien li ħakem il-faċilità tal-migranti f’Ciudad Juarez fil-Messiku, qrib il-fruntiera ma’ Texas. “Ejjew nitolbu għall-migranti li tilfu ħajjithom f’diżgrazzja f’Ciudad Juarez, fil-Messiku,” qal il-Papa Franġisku meta kien qed isellem lill-pellegrini li jitkellmu bil-lingwa Spanjola, waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. “Jalla l-Mulej jilqagħhom fis-Saltna tiegħu u jagħti l-faraġ lill-familji tagħhom”, żied jgħid waqt li talab lil dawk preżenti biex jingħaqdu miegħu fit-talb għalihom.

Mill-inqas 38 persuna mietu f’nirien li ħakmu ċ-ċentru tal-ipproċessar tal-migranti qrib il-Pont Stanton-Lerdo, li jgħaqqad il-Messiku mal-Istati Uniti. Dan seħħ, meta l-aħbar li diversi minnhom se jiġu deportati lura qanqlet protesta li rriżulta f’diversi migranti jaħarqu saqqijiet fiċ-ċentru, fejn tmienja u sittin raġel kienu qed jinżammu sakemm it-talba tagħhom għall-migrazzjoni kienet qed tiġi pproċessata. Dawn kienu mill-Gwatemala, l-Honduras, El Salvador, l-Ekwador, il-Kolumbja u l-Venezwela.

Il-President tal-Messiku Andres Manuel Lopez Obrador qal li xi wħud minnhomli saru jafu li se jiġu deprotati lura lejn art twelidhom u bdew jaħarqu s-saqqijiet. Huwa saħaq: “Ma ħasbux li dan setjikkawża din it-traġedja terribbli.” Kameras ta’ solveljanza wrew li żewġ gwardjani minflokk fetħu l-bibien taċ-ċelel, li d-duħħan kien qed jifga lil dawk li kien hemm, ħarbu l’hemm.

Il-Messiku jiddeporta aktar minn mitt elf migrant fis-sena, li dawn ikunu bla dokumenti, iżda għal ħafna oħrajn joħorġu viżi temporanji li jippermettulhom jgħixu u jaħdmu fil-Messiku.

Wara din it-traġedja, l-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-Messiku Ken Salazar, qal li din hija tfakkira qawwija lill-gvernijiet dwar l-importanza li tiġi rranġata s-sistema ta’ migrazzjoni, li bħalissa mhux qed taħdem sew. Iżda, huwa mprobabbli li traġedja ta’ dan il-kobor, se jnaqqas l-eżodu tan-nies mill-partijiet Ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Amerika lejn l-Amerika ta’ Fuq, jiġiferi lejn l-Istati Uniti tal-Amerika           

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-appeal-prayer-migrants-fire-ciudad-juarez-deaths.html

%d bloggers like this: