Fl-Ukrajna tasal aktar għajnuna umanitarja mill-Papa

Print Friendly, PDF & Email

Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 29 ta’ Marzu, l-Papa Franġisku qal biex “nipperseveraw fit-talb u noffru l-qrubija tagħna lejn l-Ukrajna mifnija mill-gwerra”. Kliem il-Papa huwa espressjoni tal-attenzjoni kontinwa li qed jagħti lill-pajjiż, l’issa ilu aktar minn sena fi gwerra.

It-tħassib tal-Papa spiss jaqsmu pubblikament fl-appelli tiegħu għall-paċi u l-għoti ta’ għajnuna umanitarja. L-Erbgħa filgħodu waslet Kharkiv l-aħħar għajnuna umanitarja, bi trakk mgħobbi b’ġeneraturi, ikel, mediċini li nhar is-Sibt li għadda ħalla l-Knisja ta’ Santa Sofia f’Ruma, l-post fejn tiltaqa’ l-komunità Ukrena fl-Italja. Sa mill-bidu tal-gwerra, l-knisja laqgħet bil-qalb il-bżonnijiet tal-familji Ukreni, fejn saru sforzi li għaqqduhom fix-xewqa komuni tagħhom li jgħinu quddiem it-traġedja tal-kunflitt, Il-Papa talab li l-uffiċċju tal-karità, imsejjaħ id-Dikasteru għas-Servizz tal-Karità biex jgħin u jikkordina u jipprepara l-vjaġġ.

Kardinal Konrad Krajewski, prefett tad-Dikasteru spjega, “li d-Dikasteru għas-Servizz tal-Karità, jixtieq jirringrazzja lis-sewwieqa kollha li b’kuraġġ u quddiem id-diffikultajiet irnexxielhom jaslu l-Ukrajna biex b’hekk l-għajnuna umanitarja waslet fid-destinazzjoni li kellha tasal”. Hija missjoni li trid titwettaq b’kawtela u attenzjoni għax, kif żid il-Kardinal Krajewski, l-gwerra ma spiċċatx u l-bumbardamenti u l-ġlied qed ikomplu. Huwa kkonkluda, li “biss wara li wasal dan il-vjaġġ li stajt nagħmel din il-missjoni magħrufa. Wieħed irid ikompli joffri l-għajnuna u jitlob għan-nazzjoni itturmentat tal-Ukrajna.”     

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/more-humanitarian-aid-from-pope-arrives-in-ukraine.html

%d bloggers like this: