Is-saħħa tal-Papa Franġisku qed titjieb

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku straħ tajjeb matul il-lejl, qal id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede fi stqarrija li aġġorna lill-ġurnalisti dwar saħħet il-Papa.

L-Erbgħa wara nifsinhar, wara li kien ippresieda l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa ddaħħal l-Isptar Gemelli ta’ Ruma.

L-istqarrija ta’ Matteo Bruni li ħarġet l-Ħamis turi “li l-qagħda tas-saħħa tiegħu qed titjieb progressivament u qed ikompli bit-trattament ippjanat għalih.” L-istqarrija qalet ukoll li filgħodu, wara l-kolazzjon, il-Papa qara xi gazzetti u reġa’ beda jaħdem. Qabel l-ikel, inġabar fit-talb f’kappella privata fl-isptar u rċieva l-Ewkaristija.

Fil-Vatikan, qed jaslu diversi messaġġi u xewqat għall-fejqan tiegħu ta’ malajr.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-health-hospital-statement-holy-see-press-office.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading