- Issa li l-pandemija battiet sew, l-Insara huma obbligati mill-ġdid jieħdu sehem bil- preżenza tagħhom fil-Knisja għall-Ewkaristija tal-Ħadd u tal-Festi Kmandati. L- Insara huma mħeġġa biex jieħdu sehem bi ħġarhom għaċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal- Ġimgħa Mqaddsa fil-parroċċi u fil-knejjes tagħhom.

- Manifestazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm, Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u Ħadd il-Għid li mhumiex preskritti bħala parti mil-Liturġija tal-Knisja, mhuwiex permess li jsiru waqt il-Liturġija vera u proprja. Kull tip ta’ pageantry, tlugħ jew kxif ta’ statwi jew kwadri tal-Irxoxt isiru biss wara li titlesta l-Liturġija vera u proprja, dritt qabel il-barka tal-aħħar.
- Il-persuni u l-entitajiet politiċi kollha huma dejjem mistiedna u milqugħa għall- Pontifikali mmexxija mill-Isqof fid-diversi okkażjonijiet ta’ matul is-sena. Għaldaqstant mil-lum ’il quddiem ma tinħassx il-ħtieġa li kull darba jsiru stediniet formali.
- L-għarajjes Insara li jixtiequ jiċċelebraw is-Sagrament taż-Żwieġ fil-Knejjes tad- Djoċesi ta’ Għawdex huma obbligati jirrispettaw id-Direttivi li daħlu fis-seħħ f’Jannar 2023. Dawn jirrigwardjaw l-għażla tal-kant fiċ-ċelebrazzjoni, id-diċenza tal-ħwejjeġ tal-għarusa u ta’ kull min jieħu sehem, ir-ritratti u l-filming, kif ukoll dak li hu permess u dak li mhux permess fiċ-ċelebrazzjoni. Kopja tad-Direttivi tingħata lill- koppja fil-Mixja ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ u għall-Ħajja tal-Familja, u tinsab ukoll onlajn: https://laikos.org/gz01.pdf.
Djoċesi ta’ Għawdex