It-Tellieqa taċ-Ċriev

Minn Joe Galea

KAUTOKEINO

Tonfoħ il-fwar minn imnifsejha, ċerva kbira tħabbat bid-dwiefer ta’ saqajha mal-art miksija silġ, bla sabar biex tibda t-tellieqa. Tlett irġiel imlefilfin fl-anoraks tagħhom jitħabtu biex iżommuha qabel it-tluq tal-korsa l-kbira tar-raħal ta’ Kautokeino. Iċ-ċerva trid ittellaq ma’ ċriev sħabha l-oħra jiġbdu lill-kuċċiera fuq is-slitti. Il-premju tal-kompetizzjoni mhux tant is-somma modesta mogħtja lir-rebbieħa daqskemm il-prestiġju li jiksbu matul is-sena li tkun ġejja fi ħdan il-komunità nomada Sami tal-Lapponja.

aktar