minn Manwel Cutajar
Ir-Rabta tal-Ewkaristija mal-Qawmien ta’ Kristu mill-Mewt
It-taqsima,bit-titlu It-Tifkira Sagrifiċċjali ta’ Kristu u tal-Ġisem Tiegħu (bil-Latin: Memoriale Sacrificium Christi et Corporis Eius) tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika tibda b’din l-istqarrija: L-Ewkaristija hi t-tifkira tal-Għid ta’ Kristu, it-tiġdid u l-offerta Sagramentali tas-sagrifiċċju waħdieni Tiegħu, fil-Liturġija tal-Knisja, li hi l-Ġisem Tiegħu. Fit-talbiet Ewkaristiċi kollha nsibu, wara l-kliem tal-istituzzjoni talba msejħa anamnesis jew tifkira” (KKK par. 1362). Dan il-kunċett hu mtenni diversi drabi f’din it-taqsima u f’taqsimiet oħra tal-Katekiżmu.
aktar