Hekk kif il-Ħadd filgħaxija mar lura l-Vatikan bil-karozza mill-ajruport ta’ Fiumicino ta’ Ruma, l-Papa Franġisku għamel waqfa u talab quddiem l-ikona antika ta’ Maria Salus Popoli Romani. Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, l-Papa talab fis-silenzju fil-kappella li fiha l-ikona Marjana fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Imbagħad reġa’ lura d-dar tiegħu fil-Vatikan f’Casa Santa Marta.
Matul iż-żjara tiegħu ta’ tlett ijiem li qatta fil-kapitali tal-Ungerija, Budapest, il-Papa Franġisku kien involut pubblikament f’seba’ avvenimenti differenti. Huwa għamel sitt diskorsi li fihom ikkonferma l-fidi tal-poplu Ungeriż u ħeġġeġ biex ikunu inklużivi u miftuħa u biex jgħinu fil-bini tal-paċi fl-Ewropa.
Ftit wara t-tlugħ abbord l-ajruplan minn Budapest, il-Papa bagħat telegramma ta’ tislima lill-President tal-Ungerija Katlin Novák, fejn esprima l-gratitudni tiegħu lill-awtoritajiet u ċ-ċittadini Ungeriżi għall-“merħba sabiħa u l-ospitalitá ġeneruża” tagħhom.
Filwaqt li assigurahom it-talb tiegħu, l-Papa invoka fuq in-nazzjon tal-Unjoni Ewropea “il-barka ta’ Alla li Jista’ Kollox għall-għaqda, fraternitá u l-paċi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/pope-francis-apostolic-visit-hungary-arrival-rome.html