Papa lill-parteċipanti tal-WYD: Lisbona 2023 ċans li tikber fit-tama

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, wara t-talba tar-Regina Coeli, l-Papa Franġisku dar biex isellem lid-diversi gruppi ta’ pellegrini u viżitaturi preżenti fi Pjazza San Pietru.

Il-Papa sellem lill-Għaqda Meter, li kienu preżenti fil-Pjazza flimkien mal-fundatur tal-Għaqda, Dun Fortunato Di Noto. Huwa nnota li dawn jaħdmu bla heda u huma mpenjati li jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza fuq il-minuri. Għal 30 sena, żied jgħid, “ilhom jiddefendu t-tfulija mill-abbuż u l-vjolenza”. Qatt tgħejjew tkunu fuq in-naħa tal-vittma, saħaq il-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu dawwar ukoll ħsibijietu fuq żewġ beatifikazzjonijiet li seħħew nhar il-Ġimgħa. Waħda seħħet f’Montevideo, l-Urugwaj, fejn ġie beatifikat l-Isqof Jacinto Vera. Huwa kien “ragħaj li ħa ħsieb il-poplu tiegħu, ta xhieda tal-Evanġelju b’ħeġġa missjunarja ġeneruża, ħeġġeġ ir-rikonċiljazzjoni soċjali fi klima ta’ tensjoni tal-gwerra ċivili”, qal il-Papa. Huwa qal li fl-istess ħin, fi Granada, Spanja, ġiet ibbeatifikata ż-żagħżugħa Mara de la Concepción Barrechaguren y García. “Kienet mixħuta f’sodda b’marda serja, imma ġarrbet it-tbatijiet tagħja b’saħħa spiritwali kbira, li qajmet ammirazzjoni u konsolazzjoni f’kulħadd. Mietet fl-1927 fl-età ta’ 22 sena” qal il-Papa.

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku ta’ tislima speċjali “lill-Gwardjani Żvizzeri ġodda, lill-familji u l-ħbieb tagħhom, u lill-awtoritajiet Żvizzeri li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan il-Korp li jixraqlu”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-05/pope-francis-regina-coeli-new-blessed-prayers-children-victims.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading