Minn Daniel Borg
Il-Qari u l-Vanġelu tal-lum jurina t-tama vera fejn hi! “Hu jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom” (1 Ef v.18). Din it-tama tilħaq il-qofol tagħha fit-tlugħ is-sema tal-Mulej, li tagħha illum qed niċċelebraw il-festa, u l-wegħda li jibgħat fuqna l-Ispirtu Qaddis.
Il-Papa fir-Regina Caeli tal-lum jagħmlilna żewġ mistoqsijiet. Għalfejn niċċelebraw it-tluq tal-Mulej minn din l-art meta dan hu suppost mument tad-dwejjaq? X’qed jagħmel il-Mulej fis-sema? Illum niċċelebraw ir-rebħa tas-sema! Ġesu’ jitla’ s-sema bil-ġisem tiegħu li kellu fuq l-art. U b’hekk jieħu fis-sema l-umanita’ tagħna! Il-ġenna ġa’ hija ftit tagħna. Ġesu fetaħ il-bieb għax il-ġisem tiegħu ġa’ qiegħed hemm!
Fis-sema Ġesu qiegħed kontinwament quddiem il-Missier, jurih il-pjagi tiegħu, l-umanita’ tagħna, u jaqbeż għalina. Hu jimmaġina jgħid lil-Missier: “Ara x’soffrejt għall-bnedmin. Agħmel xi ħaġa.”
Il-Vanġelu tal-lum għalhekk jurina li qatt ma għandna nitilfu t-tama għax hemm Ġesu’ li kontinwament jaqbeż għalina!
(Papa Franġisku, Regina Caeli, 21/05/22)
Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02SshdL5bAVxH2cLQY7PTtPrBuYkp7Uwq5oSvpoqnSDKmiCLqGHPzyLpfGRUMsWukzl