Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat, Patri Javier Garcia Villafana, saċerdot Agostinjan ġie maqtul b’diversi tiri waqt li kien fil-karozza tiegħu. Ħadd ma ħa r-responsabbiltà jew għadu ma ġie arrestat b’konnessjoni ma dan id-delitt. Patri Javier, kien ilu xahar biss Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Mark fil-belt ta’ Capacho. Il-metodu makabri tal-qtil tiegħu huwa fil-manjiera tal-kriminalità organizzata, iżda għadu mhux magħruf jekk hu kienx ħadha kontra xi barunijiet tad-droga lokali b’saħħithom, vjolenti u imprevedibbli, li regolarment u ta’ rutina joqtlu kiesaħ u biered.
aktar