Minuta għall-Paċi

Print Friendly, PDF & Email

Din hija stedina biex nhar il-Ħamis fis-1pm nieqfu minuta, inkun fejn inkunu, biex nitolbu għall-Paċi. Is-suġġeriment tal-Azzjoni Kattolika hu li tingħad it-talba Franġiskana “Agħmilni Strument tal-Paċi tiegħek” flimkien mal-Missierna.

Bħalissa madwar id-dinja nsibu aktar minn 20 kunflitt armat attiv. Dawn minbarra d-diviżjonijiet jew ġlied intern f’diversi pajjiżi tad-dinja. 

Din l-inizzjattiva se tkun qed issir madwar id-dinja kollha. Il-Forum Internazzjonali tal-Azzjoni Kattolika għażlet din id-data biex tfakkar il-“Laqgħa ta’ Talb għall-Paċi”, mitluba mill-Papa Franġisku 9 snin ilu, propju fit-8 ta’ Ġunju 2014, fejn fiha ltaqgħu l-Presidenti ta’ Iżrael u l-Awtorità Palestinjana fil-Vatikan biex jitolbu flimkien għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Minn dakinhar din l-inizzjattiva saret kull sena u kull sena din l-inizzjattiva dejjem qed tikber.

%d bloggers like this: