Il-Papa jitlob talb għall-paċi, hekk kif id-dinja qed tkomplu tkun imdemmija bil-gwerer.
“Anke f’dan il-perjodu tas-sajf, ejjew qatt ma ngħejjew nitolbu għall-paċi”, qal il-Papa Franġisku waqt li kellem lill-fidili waqt l-ewwel Angelus tal-Ħadd għax-xahar ta’ Lulju. B’mod speċjali, kompla, “itolbu għan-nies tal-Ukrajna li huma tant ippruvati”. Imma fakkar ukoll lil kulħadd biex ma jinjorax tant gwerer oħra, “li sfortunatament spiss jintesew: il-ħafna kunflitti u ġlied li jdemmgħu ħafna postijiet fuq l-art.”
“Hawn ħafna gwerer.”
Il-Papa temm l-appell tiegħu billi ħeġġeġ lil bnedmin ta’ rieda tajba biex “jieħdu interess f’dak li qed jiġri”. “Ejjew ngħinu lil dawk li qed ibatu; ejjew nitolbu”, appella, “għax it-talb huwa l-forza ġentili li tipproteġi u ssostni lid-dinja”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-07/pope-francis-angelus-appeal-prayer-ukraine-forgotten-conflicts.html