Parenting Skills dwar l-edukazzjoni sesswali f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Bħala grupp ta’ Safeguarding of Minors – Gozo, ħdimna bla heda fuq proġett ta’ Parenting Skills dwar l-edukazzjoni sesswali, sabiex nassiguraw li l-ġenituri jkollhom il-kliem adegwat għal ċertu domandi li jkunu għaddejjin minn moħħ it-tfal u li għalhekk ikunu jistgħu jiġu mwieġba b’mod ċar u preċiż kif inhu tassew xieraq. Hekk nevitaw li t-tfal jirċievu informazzjoni skorretta kif ukoll aġir ta’ mistħija dwar suġġett sensittiv imma normalissimu.

Nixtiequ ninfurmawkomkom li dan il-kors ser ikun qed jerġa’ jsir u din id-darba ser ikun miftuħ għall-pubbliku.

Jekk Alla jrid, ser nagħtu bidu għal dan it-taħriġ fis-6 ta’ Ottubru li ġej. Jekk intom interressati jew tafu b’xi ħadd li hu interessat u tixtiequ li jkollkom l-għodda f’idejkom biex tkunu tistgħu tagħmlu din il-mixja sabiħa flimkien ma’ wliedkom ċkejknin, nħeġġukom sabiex tikkuntattjawna. Il-kors se jkun imqassam fuq ħames darbiet u tintalab donazzjoni ta’ €25, li tinkludi ktieb li tfassal apposta biex jiggwida lill-ġenituri f’din il-fażi delikata u importanti.

Mhemuż għandkom issibu l-poster u f’każ li tkunu tixtiequ aktar informazzjoni ikkuntattjawna. Grazzi.

Tislijiet

Safeguarding of Minors – Gozo

%d