L-Istudju tal-Bibbja fil-White House: Min hu wara dan il-qawmien spiritwali?

It-Tnejn, 31 Lulju 2017: Qawmien spiritwali qed iseħħ bħalissa fil-White House. Uħud minn nies l-aktar potenti fl-Amerka qed jiltaqgħu ta’ kull ġimgħa biex isiru jafu izjed dwar il-Kelma t’Alla. Dan l-istudju tal-bibbja fil-Kabinett ta’ Trump qed jagħmel aħbar.
http://www1.cbn.com/cbnnews/politics/2017/july/bible-studies-at-the-white-house-whos-at-the-heart-of-this-spiritual-awakening

L-appell tal-Papa waqt l-Anġelus: waqqfu t-traffikar tal-bniedem

It-Tnejn, 31 Lulju, 2017: Waqt li fakkar li 30 ta’ Lulju kien il-Jum Dinji kontra l-Ittraffikar tal-Bniedem, fid-diskors tiegħu ta’ l-Angelus, il-Ħadd, 30 ta’ Lulju, 2017, il-Papa Franġisku għamel appell għat-talb lil fidili miġbura fi Pjazza San Pietru, biex jintemm dan il-fenomenu.
https://zenit.org/articles/popes-angelus-appeal-end-human-trafficking/

Ara d-diskors tal-Papa Franġisku bil-Malti – http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Angelus_30072017.htm

“Lejl ta’ prostituzzjoni biex tagħmel funeral lil missierha li kien abbużaha”

Newsbook – Charmaine Attard – 02/02/16 05:24 PM:  Skopriet li lil missierha kienu se jidfnuh f’qabar komuni mingħajr tebut, u talbet lill-awtoritajiet jagħtuha 24 siegħa ċans biex tqatta’ lejl taħdem u  tagħmel funeral diċenti lil missierha, l-istess missier li kien abbużaha. 

Continue reading ““Lejl ta’ prostituzzjoni biex tagħmel funeral lil missierha li kien abbużaha””

Santa Sede: Id-djalogu biss jista’ jġib il-paċi fil-Medju Orjent

L-Erbgha, 26 Lulju, 2017: Il-process tal-paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina ma’ jistax jiġi eskluss mill-prijoritajiet tal-komunita internazzjonali. Dan huwa wieħed mill-punti msemmija minn Monsinjur Simon Kassas, chargé d’affaires tal-Missjoni Permanenti tas-Santa Sede fil-Ġnus Magħquda.

http://www.news.va/it/news/santa-sede-solo-il-dialogo-puo-portare-pace-in-med

Il-Papa jikteb lil soru Karmelitana tal-klawsura li taħdem biex tgħin lill-prostituti u vvizzjati

It-Tlieta, 25 Lulju, 2017: Papa Franġisku kiteb lis-soru Karmelitana tal-klawsura Monica Astorga, li għal dawn l-aħħar ħdax-il sena ħadmet ma’ transesswali fl-Arġentina biex tgħinhom jitilqu il-ħajja ta’ prostituzzjoni u vizzji, u inkoraġġiha fix-xogħol tagħha.

https://zenit.org/articles/pope-writes-a-frontier-carmelite-nun-who-works-to-recover-persons-from-prostitution-and-addictions/

Fr Jacques Hamel jiġi mfakkar, sena wara l-qtil tiegħu

It-Tlieta, 25 Lulju, 2017: Sena wara l-qtil brutali ta’ Fr Jacques Hamel, l-isqfijiet Franċiżi fakkru l-eżempju sabiħ ta’ dan il-qassis li għex il-ħajja tiegħu ta’ kuljum b’fedeltà semplici, imsejsa fuq l-imħabba ta’ Kristu.
http://www.catholicnewsagency.com/news/a-year-after-his-murder-fr-jacques-hamel-remembered-59220/