Il-papa jitlob għal djalogu u rikonċiljazzjoni f’Ġerusalemm

It-Tnejn, 24 Lulju, 2017: Il Papa Franġisku għamel appell lill-Musulmani u l-Lhud fl-Art Imqaddsa, ghal moderazzjoni u djalogu, hekk kif it-tensjonijiet komplew madwar sit prominenti f’Ġerusalemm li hu sagru għaż-żewġ reliġjonijiet.
http://www.catholicnews.com/services/englishnews/2017/pope-prays-for-dialogue-reconciliation-in-jerusalem.cfm

Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza

31 ta’ Diċembru 2016

“Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena 2016

Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading “Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza”

Nhar l-Erbgħa tal-Irmied

L-Isqof Charles J. Scicluna Amministratur Appostoliku ta’ Malta Omelija nhar l-Erbgħa tal-Irmied Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun 18 ta’ Frar 2015

Fis-silta li smajna, mill-Evanġelu ta’ San Mark (Mt 6,1-6.16-18), il-Mulej Ġesù jitkellem dwar tlett atteġjamenti: is-sawm, il-karità u t-talb. Jekk nirriflettu ftit fuq dawn it-tlett atteġġjamenti, li b’xi mod huma l-qafas tal-mixja tagħna lejn l-Għid, liema mixja nsejħulha r-Randan, nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq is-sawm qed nitkellmu fuq mixja li rrid nagħmel fuqi nnifsi billi nitgħallem niċċaħħad u nitgħallem ir-rażan. Continue reading “Nhar l-Erbgħa tal-Irmied”