Lectio Divina: 5 Ħadd  fuq l-Għid Sena A

Vanġelu: L-aħbar tat-tradiment ta’ Ġuda, taċ-ċaħda ta’ Pietru u tat-tluq ta’ Ġesu ħawdu ħafna l-imħuħ tal-Appostli.  Ġesu qalilhom li kien jaqblilhom li huwa jmur għand il-Missier, għax kien se jħejjilhom post u jerġa’ jiġi għalihom.  Fil-fatt il-Knisja dejjem kienet tgħożż din il-wegħda  u tistennieh “sa ma jiġi fil-glorja.” Continue reading “Lectio Divina: 5 Ħadd  fuq l-Għid Sena A”

Lectio Divina: 4 Ħadd tal-Għid Sena A

Vanġelu:  Ġwanni jsejjaħ lir-ragħaj “ħokalos” – sabiħ.  Ir-ragħaj hu tajjeb imma wkoll sabiħ.  Aħna nsejħu lil Alla bħala Missier, ħallieq, re.  Imma din ix-xbiha ta’ Alla Ragħaj minn dejjem kienet għażiża kemm għall-poplu Lhudi u kemm għalina l-Insara.  Fis-Salmi nsibu: “Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħala merħla permezz ta’ Mose” (77); “Int ragħaj ta’ Israel, gwida għal Ġużeppi, ismagħna” (80); “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi” (23).  Continue reading “Lectio Divina: 4 Ħadd tal-Għid Sena A”

Lectio Divina: It-3 Ħadd   Tal-Għid  Sena  A

Aktarx  Luqa kiteb il-Vanġelu tiegħu f’Filippi fejn kien hemm komunita soda mwaqqfa minn S. Pawl.  Kitbu bejn is-snin 85-90 AD,  i.e. għaddew ħamsin sena  mill-Qawmien ta’ Ġesu,  u għalhekk għandna t-tielet ġenerazzjoni ta’ Nsara.  Dawn isaqsu:  “Aħna lil Ġesu ma rajnihx, ma missejnihx, ma kilniex miegħu.  Kif nistgħu nemmnu li qam mill-mewt?  Ma nistgħux nagħmlu l-esperjenza tal-Maddalena u l-Appostli li ltaqgħu  wiċċ imb’wiċċ ma’ Kristu rxoxt.”  Luqa wkoll kien bħalhom għax ikkonverta xi għaxar snin wara l-Qawmien.  Continue reading “Lectio Divina: It-3 Ħadd   Tal-Għid  Sena  A”

Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR

Vanġelu:  Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu dilku l-ġisem ta’ Ġesu bi ħwawar ifuħu. Keffnuh u poġġewh f’qabar fejn ħadd qabel ma kien indifen. Wara marru d-dar għax kien il-vġili tal-Għid tagħhom u għalhekk kellhom jagħmlu l-ikla tal-ħaruf.  F’ħafna kulturi, anki dawk mhux Insara, insibu li l-qraba jippreparaw b’ħafna kura il-ġisem ta’ xi ħadd għażiż għad-difna. Dan juri li għandhom tama ta’ ħajja oħra wara l-mewt.  Barra l-ilbies li se jkeffnuna fihom, aħna se jkollna ilbies ieħor – l-għemejjel tajbin kollha li nkunu għamilna u li bihom se nippreżentaw rwieħna quddiem il-Mulej.  Continue reading “Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR”

Lectio Divina: ĦADD IL-PALM   SENA  A

Vanġelu:  Il-Passjoni skond San Mattew tibda bl-Aħħar Ċena.  Id-dixxipli, b’ħafna dubji fihom infushom, jsaqsu ‘l Ġesu: “Jaqaw jien, Mulej? Jien dixxiplu tiegħek, xorta se nagħmel xi waħda minn tiegħi? Id-dgħufija tiegħi se twassalni biex nittradik?” Anki Ġuda jsaqsi.  Ġesu jwieġbu: “Iva, int. Oqgħod attent! Ara se x’tagħmel b’idejk?” Continue reading “Lectio Divina: ĦADD IL-PALM   SENA  A”

Lectio Divina: 5 Ħadd  tar-Randan  Sena A

Vanġelu:  Il-Ħadd li għadda Ġesu ta d-dawl lill-għama, mhux biss biex jiddobba ftit għal din il-ħajja, iżda biex ikun jista’ jħares lejn id-destinazzjoni aħħarija tiegħu.  Min ma jagħmilx hekk, jgħaddi ħajtu jaħrab mill-mewt u jilludi ruħu li m’hu se jmut qatt.  Oħrajn li jaċċettaw l-idea tal-mewt forsi jiġuhom ħafna dubji: “Wara l-mewt se nispiċċa fix-xejn, jew f’xi abbiss mudlam?  Continue reading “Lectio Divina: 5 Ħadd  tar-Randan  Sena A”