Ifittxu ċ-ċertezzi reliġjużi tagħhom qabel ma jfittxu lil Alla

Din hi t-tentazzjoni tal-fundamentalisti ġodda, ta’ dawk li donnu t-triq li għandna nimxu tbeżżagħhom

Illum ukoll, ħafna qed ifittxu ċ-ċertezzi reliġjużi tagħhom qabel ma jfittxu lil Alla ħaj u veru, u jikkonċentraw fuq ritwali u preċetti pjuttost milli fuq kif se jħaddnu b’dak kollu li huma lil Alla tal-imħabba. U din hi t-tentazzjoni tal-fundamentalisti ġodda, ta’ dawk li donnu t-triq li għandna nimxu tbeżżagħhom, u flok jimxu ’l quddiem jerġgħu lura għax iħossuhom iżjed fiż-żgur: ifittxu ċ-ċertezza ta’ Alla u mhux lil Alla taċ-ċertezza.

aktar