Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza

31 ta’ Diċembru 2016

“Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena 2016

Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza

Nhar l-Erbgħa tal-Irmied

L-Isqof Charles J. Scicluna Amministratur Appostoliku ta’ Malta Omelija nhar l-Erbgħa tal-Irmied Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun 18 ta’ Frar 2015

Fis-silta li smajna, mill-Evanġelu ta’ San Mark (Mt 6,1-6.16-18), il-Mulej Ġesù jitkellem dwar tlett atteġjamenti: is-sawm, il-karità u t-talb. Jekk nirriflettu ftit fuq dawn it-tlett atteġġjamenti, li b’xi mod huma l-qafas tal-mixja tagħna lejn l-Għid, liema mixja nsejħulha r-Randan, nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq is-sawm qed nitkellmu fuq mixja li rrid nagħmel fuqi nnifsi billi nitgħallem niċċaħħad u nitgħallem ir-rażan. Continue reading Nhar l-Erbgħa tal-Irmied

Il-Ħajja Patrimonju Uman

Omelija tal-Isqof Mario Grech, Victoria, 14 ta’ Mejju, 2013

“Għalkemm f’dawn l-aħħar għaxriet ta’ snin is-soċjeta tagħna għamlet kisbiet kbar f’dak li għandu x’jaqsam mal-għarfien tad-drittijiet tal-mara, qatt ma huwa biżżejjed li jibqa jsir sforz ġenwin biex filwaqt li jikber ir-rispett lejn id-dinjita’ tal-mara, tiġi megħluba kull imġieba li tferi l-mara bħalma huwa fil-każ tal-vjolenża domestika. Continue reading Il-Ħajja Patrimonju Uman

“Jiena nemmen f’Alla”

1. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 23 ta’ Jannar 2013

Għeżież ħuti,

F’din is-Sena tal-Fidi, nixtieq il-lum nibda nirrifletti flimkien magħkom fuq il-Kredu, jiġifieri fuq l-istqarrija solenni tal-fidi li takkumpanja l-ħajja tagħna li nemmnu.  Il-Kredu jiftaħ hekk: “Jiena nemmen f’Alla”.  Hi stqarrija fundamentali, li minn barra tidher sempliċi fl-essenzjalità tagħha, imma li tiftaħ lill-bniedem għad-dinja infinita tar-relazzjoni tiegħu mal-Mulej u mal-misteru tiegħu.  Li temmen f’Alla jimplika li taċċetta li jidħol f’ħajtek, li tilqa’ l-Kelma tiegħu u tobdi bil-ferħ ir-rivelazzjoni tiegħu.  . Continue reading “Jiena nemmen f’Alla”