Il-Knisja il-Ġisem ta’ Kristu

11. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 22 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Meta nkunu rridu nuru kif l-elementi li jsawru realtà waħda huma marbuta ma’ xulxin mill-qrib u flimkien jagħmlu ħaġa waħda, spiss nużaw ix-xbieha tal-ġisem. Ibda mill-Appostlu Pawlu, din l-espressjoni ntużat għall-Knisja u kienet magħrufa bħala l-karatteristika distintiva l-iżjed profonda u sabiħa tagħha. Il-lum, mela, nixtiequ nistaqsu: F’liema sens il-Knisja tinbena f’ġisem? U għaliex tissejjaħ “il-ġisem ta’ Kristu”? Continue reading “Il-Knisja il-Ġisem ta’ Kristu”

Il-Knisja hija għarusa tistenna lil għarustha

10. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 15 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Matul dan iż-żmien tkellimna dwar il-Knisja, dwar ommna l-Knisja mqaddsa ġerarkika, il-poplu ta’ Alla li jinsab f’mixja. Il-lum nixtiequ nistaqsu lilna nfusna: Imma fl-aħħar, x’sa jseħħ mill-poplu ta’ Alla? X’ħa jiġri minn kull wieħed u waħda minna? X’għandna nistennew? L-Appostlu Pawlu għamel il-qalb lill-Insara tal-komunità ta’ Tessalonika, li kienu jagħmlu dawn l-istess mistoqsijiet, u wara l-argumentazzjoni tiegħu stqarrew dan il-kliem li hu fost l-isbaħ fit-Testment il-Ġdid: “Hekk inkunu dejjem mal-Mulej” (1 Tess 4:17). Hu kliem sempliċi, imma mimli b’tama hekk kbira! Continue reading “Il-Knisja hija għarusa tistenna lil għarustha”

Il-Knisja – Insara mhux Kattoliċi

9. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 8 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi fittixna li nixħtu dawl fuq in-natura u l-ġmiel tal-Knisja, u staqsejna xi jfisser għal kull wieħed u waħda minna li nagħmlu parti minn dan il-poplu, il-poplu ta’ Alla li hu l-Knisja. Imma ma rridux ninsew li hemm tant aħwa li magħna jaqsmu l-fidi fi Kristu, imma li jagħmlu parti minn konfessjonijiet oħra jew minn tradizzjonijiet differenti minn tagħna. Ħafna rrassenjaw ruħhom għal din il-firda – anki fil-Knisja Kattolika tagħna hemm min irrassenja ruħu – li matul il-medda ta’ l-istorja spiss kienet kawża ta’ kunflitti u ta’ tbatijiet, anki ta’ gwerer, u din hi ħaġa tal-mistħija! Anki l-lum ir-relazzjonijiet m’humiex dejjem immarkati mir-rispett u l-ħlewwa… Imma nistaqsi: Aħna x’qegħdin nagħmlu quddiem dan kollu? Anki aħna rrassenjati, jekk mhux ukoll indifferenti quddiem din il-firda? Jew nemmnu bil-qawwa li nistgħu u għandna nimxu fid-direzzjoni tar-rikonċiljazzjoni u tal-komunjoni sħiħa? Il-komunjoni sħiħa, jiġifieri li nkunu nistgħu nieħdu sehem ilkoll flimkien mill-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Continue reading “Il-Knisja – Insara mhux Kattoliċi”

Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda

8. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 1 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-Mulej sawwab sa mill-bidu fuq il-Knisja d-doni ta’ l-Ispirtu tiegħu, u hekk għamilha dejjem ħajja u għammiela bid-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fost dawn id-doni, jingħażlu xi wħud li huma partikularment prezzjużi għall-bini u l-mixja tal-komunità Nisranija: dawn huma l-kariżmi. F’din il-katekeżi nixtiequ nsaqsu lilna nfusna: X’inhi eżattament kariżma? Kif għandna nagħrfuha u nilqgħuha? U fuq kollox: il-fatt li fil-Knisja hemm diversità u kotra ta’ kariżmi, għandna nħarsu lejh f’sens pożittiv, bħala xi ħaġa sabiħa, jew bħala problema? Continue reading “Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda”

Il-Knisja hi Kattolika u Appostolika

7. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 17 ta’ Settembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Din il-ġimgħa nkomplu nitkellmu fuq il-Knisja. Meta nistqarru l-fidi tagħna, aħna naffermaw li l-Knisja hi Kattolika u Appostolika. Imma x’inhi l-vera tifsira ta’ dawn iż-żewġ kelmiet, ta’ dawn iż-żewġ noti karatteristiċi tal-Knisja? U x’valur għandhom għall-komunitajiet Insara u għal kull wieħed u waħda minna? Continue reading “Il-Knisja hi Kattolika u Appostolika”

Il-Knisja hi Omm (II): tgħallimna l-opri tal-ħniena

6. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 10 ta’ Settembru 2014

Nirringrazzjakom taż-żjara tagħkom, grazzi ħafna. Nitlobkom iżżommuni fit-talb tagħkom, tinsewx, eħ!, biex nista’ nibqa’ għaddej b’xogħli. Jiena nitlob għalikom ilkoll u għat-tfal. U issa, ilkoll flimkien, nitolbu lill-Madonna u nagħtikom il-barka tiegħi. [Ave Maria] Il-jum it-tajjeb, u ħarsu ’l quddiem, eħ! Grazzi lilkom! Grazzi. Continue reading “Il-Knisja hi Omm (II): tgħallimna l-opri tal-ħniena”

Il-Knisja hi Ommna

5. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 3 ta’ Settembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-katekeżi li għaddew kelli ċ-ċans nirrimarka iżjed minn darba li Nsara ma nsirux waħidna, jiġifieri bis-saħħa tagħna, b’mod awtonomu, lanqas insiru Nsara f’xi laboratorju, imma niġu mnissla u mrawma fil-fidi fi ħdan dan il-ġisem kbir li hu l-Knisja. F’dan is-sens il-Knisja hi tabilħaqq omm, ommna l-Knisja – kemm hu sabiħ li nsejħulha b’dan il-mod: ommna l-Knisja – omm li tagħtina l-ħajja fi Kristu u flimkien ma’ ħutna l-oħra kollha tgħajjixna f’għaqda waħda ma’ l-Ispirtu s-Santu. Continue reading “Il-Knisja hi Ommna”