L-Għerf

1. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 9 t’April 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nibdew serje ta’ katekeżi fuq id-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Tafu intom li l-Ispirtu s-Santu hu r-ruħ li tagħti l-ħajja lill-Knisja u lil kull Nisrani: hu l-Imħabba ta’ Alla li jagħmel minn qalbna l-għamara tiegħu u jidħol f’komunjoni magħna. L-Ispirtu s-Santu dejjem hu magħna, dejjem hu fina, fil-qalb tagħna. Continue reading “L-Għerf”

Fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skont il-Kotba Mqaddsa

4. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 3 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Il-lum qed naqbdu mill-ġdid il-Katekeżi tas-Sena tal-Fidi. Fil-Kredu ntennu din l-espressjoni: “Fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skont il-Kotba Mqaddsa”. Din hi propju l-ġrajja li qed niċċelebraw: il-Qawmien ta’ Ġesù, ċentru tal-messaġġ Nisrani, imtenni sa mill-bidu u mgħoddi biex jasal għandna. San Pawl jikteb hekk lill-Insara ta’ Korintu: “Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skond l-Iskrittura; difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skond l-Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-Tnax” (1 Kor 15:3-5). Continue reading “Fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet skont il-Kotba Mqaddsa”

Iż-Żwieġ, Sagrament li jwassalna fil-qalba tal-pjan ta’ Alla

9. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 2 t’April 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-lum qed nagħlqu ċ-ċiklu ta’ katekeżi fuq is-Sagramenti billi nitkellmu dwar iż-Żwieġ. Dan is-Sagrament iwassalna fil-qalba tal-pjan ta’ Alla, li hu pjan ta’ patt mal-poplu tiegħu, magħna lkoll, patt ta’ komunjoni. Fil-ftuħ tal-ktieb tal-Ġenesi, l-ewwel ktieb tal-Bibbja, bħala kuruna tar-rakkont tal-ħolqien, jingħad: “U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom… Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed” (Ġen 1:27; 2:24). Hi l-koppja miżżewġa x-xbieha ta’ Alla: ir-raġel u l-mara; mhux ir-raġel waħdu, mhux il-mara waħidha, imma t-tnejn li huma flimkien. Din hi x-xbieha ta’ Alla: l-imħabba, il-patt ta’ Alla magħna jidher f’dak il-patt li jsir bejn raġel u mara. U din hi ħaġa wisq sabiħa! Aħna maħluqin biex inħobbu, bħal mera ta’ Alla u ta’ mħabbtu. U fir-rabta konjugali, ir-raġel u l-mara jwettqu din is-sejħa fis-sinjal tar-reċiproċità u tal-komunjoni ta’ ħajja sħiħa u għal dejjem. Continue reading “Iż-Żwieġ, Sagrament li jwassalna fil-qalba tal-pjan ta’ Alla”

L-Ordni Sagri, Sagrament li jagħti l-qawwa għat-tħaddim tal-ministeru, fdat mill-Mulej Ġesù lill-Appostli

8. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 26 ta’ Marzu 2014

Għeżież ħuti,

Diġà kellna l-okkażjoni nirrimarkaw li t-tliet Sagramenti tal-Magħmudija, tal-Konfirmazzjoni u ta’ l-Ewkaristija flimkien isawru l-misteru ta’ l-“inizjazzjoni Nisranija”, ġrajja unika u kbira ta’ grazzja li tnissilna mill-ġdid fi Kristu. Din hi s-sejħa fundamentali li hi komuni għal dawk kollha li jagħmlu parti mill-Knisja, bħala dixxipli tal-Mulej Ġesù. Imbagħad hemm żewġ Sagramenti li jikkorrispondu ma’ żewġ vokazzjonijiet speċifiċi: dawn huma l-Ordni Sagri u ż-Żwieġ. Huma żewġ toroq kbar li permezz tagħhom in-Nisrani jista’ jagħmel don ta’ mħabba minn ħajtu, fuq l-eżempju u f’isem Kristu, u hekk jikkopera fil-bini tal-Knisja. Continue reading “L-Ordni Sagri, Sagrament li jagħti l-qawwa għat-tħaddim tal-ministeru, fdat mill-Mulej Ġesù lill-Appostli”

Id-Dilka tal-Morda tgħinna nwessgħu l-ħarsa tagħna għall-esperjenza tal-mard u tat-tbatija, fid-dawl tal-ħniena ta’ Alla

7. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 26 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Illum kienet prevista x-xita, u intom ġejtu xorta waħda. Imma tassew għandkom kuraġġ! Kumplimenti!

Il-lum nixtieq inkellimkom dwar is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda, li jagħtina li mmissu b’idejna l-ħniena ta’ Alla għall-bniedem. Fl-imgħoddi kien jissejjaħ “L-Aħħar Dilka”, għax konna nħarsu lejh bħala faraġ spiritwali għal min kien wasal biex imut. Jekk min-naħa l-oħra nitkellmu dwar “Dilka tal-Morda”, dan jgħinna nwessgħu l-ħarsa tagħna għall-esperjenza tal-mard u tat-tbatija, fid-dawl tal-ħniena ta’ Alla. Continue reading “Id-Dilka tal-Morda tgħinna nwessgħu l-ħarsa tagħna għall-esperjenza tal-mard u tat-tbatija, fid-dawl tal-ħniena ta’ Alla”

Il-Qrar, Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni huwa Sagrament li jfejjaq

6. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Permezz tas-Sagramenti tal-Inizjazzjoni Nisranija, il-Magħmudija, il-Konfirmazzjoni u l-Ewkaristija, il-bniedem jirċievi l-ħajja ġdida fi Kristu. Issa, dan nafuh ilkoll, aħna din il-ħajja nġorruha “f’ġarar tal-fuħħar” (2 Kor 4:7), għax għadna suġġetti għat-tentazzjoni, għat-tbatija, għall-mewt u, minħabba fid-dnub, nistgħu anki nitilfu l-ħajja ġdida. Għalhekk il-Mulej Ġesù ried li l-Knisja tkompli bil-ħidma tiegħu ta’ salvazzjoni anki ma’ l-istess membri tagħha, b’mod partikulari bis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u dak tad-Dilka tal-Morda, li nistgħu niġbruhom flimkien taħt l-isem ta’ “Sagramenti ta’ Fejqan”. Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni hu sagrament li jfejjaq. Meta jien immur inqerr, dan nagħmlu biex infiq, infejjaq ruħi, infejjaq qalbi u xi ħaġa li għamilt li m’hix tajba. L-aħjar xbieha Biblika biex infissruhom, fir-rabta qawwija ta’ bejniethom, hi l-episodju tal-maħfra u tal-feqjan tal-mifluġ, fejn il-Mulej Ġesù jidher bħala tabib tar-ruħ u tal-ġisem fl-istess waqt (ara Mk 2:1-12 // Mt 9:1-8; Lq 5:17-26). Continue reading “Il-Qrar, Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni huwa Sagrament li jfejjaq”

L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna

5. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fl-aħħar katekeżi kellimtkom dwar kif l-Ewkaristija ddaħħalna fil-komunjoni vera ma’ Ġesù u mal-misteru tiegħu. Issa nistgħu nagħmlu xi mistoqsijiet dwar ir-rabta bejn l-Ewkaristija li niċċelebraw u l-ħajja tagħna, bħala Knisja u bħala Nsara individwali. Kif ngħixuha l-Ewkaristija? Meta mmorru għall-Quddiesa l-Ħadd, kif ngħixuha? Hi biss mument ta’ festa, tradizzjoni b’saħħitha, okkażjoni biex niltaqgħu jew biex inħossuna f’postna, jew hi xi ħaġa iżjed minn hekk? Continue reading “L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna”