L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna

5. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fl-aħħar katekeżi kellimtkom dwar kif l-Ewkaristija ddaħħalna fil-komunjoni vera ma’ Ġesù u mal-misteru tiegħu. Issa nistgħu nagħmlu xi mistoqsijiet dwar ir-rabta bejn l-Ewkaristija li niċċelebraw u l-ħajja tagħna, bħala Knisja u bħala Nsara individwali. Kif ngħixuha l-Ewkaristija? Meta mmorru għall-Quddiesa l-Ħadd, kif ngħixuha? Hi biss mument ta’ festa, tradizzjoni b’saħħitha, okkażjoni biex niltaqgħu jew biex inħossuna f’postna, jew hi xi ħaġa iżjed minn hekk? Continue reading “L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna”

L-Ewkaristija, Kelma u Ħobż fil-Quddiea isiru ħaġa waħda bħal fl-Aħhar Ċena

4. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 5 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum sa nkellimkom dwar l-Ewkaristija. L-Ewkaristija, flimkien mal-Magħmudija u l-Konfirmazzjoni, tinsab fil-qalba ta’ l-“inizjazzjoni Kristjana” u hi l-għajn tal-ħajja tal-Knisja. Minn dan is-Sagrament ta’ mħabba, fil-fatt, toħroġ kull mixja awtentika ta’ fidi, ta’ komunjoni u ta’ xhieda. Continue reading “L-Ewkaristija, Kelma u Ħobż fil-Quddiea isiru ħaġa waħda bħal fl-Aħhar Ċena”

Il-Griżma tal-Isqof, Inħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija

3. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 29 ta’ Jannar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

F’din it-tielet katekeżi dwar is-Sagramenti, sa nieqfu nitkellmu fuq il-Konfirmazzjoni jew Griżma ta’ l-Isqof, li għandna nħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija, li magħha hi marbuta b’mod inseparabbli. Dawn iż-żewġ Sagramenti, flimkien ma’ l-Ewkaristija, jiffurmaw ġrajja waħda salvifika, li tissejjaħ l-“inizjazzjoni Kristjana”, li fiha aħna niġu inseriti f’Ġesù Kristu li miet u rxoxta u nsiru ħlejjaq ġodda u membri tal-Knisja. Hu għalhekk li għall-bidu dawn it-tliet Sagramenti kienu jiġu ċċelebrati f’mument wieħed, fi tmiem il-mixja katekumenali, normalment fil-Velja ta’ l-Għid. Hekk kienet tiġi ssiġillata l-mixja ta’ formazzjoni u ta’ dħul gradwali fil-komunità Nisranija li setgħet ittul anki għal xi snin. Kien isir pass wara l-ieħor biex wieħed jasal għall-Magħmudija, imbagħad għall-Griżma u mbagħad għall-Ewkaristija. Continue reading “Il-Griżma tal-Isqof, Inħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija”

Il-Magħmudija , Biha insiru membri tal-Ġisem ta’ Kristu

2. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 15 ta’ Jannar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

L-Erbgħa li għaddiet tajna bidu għal serje qasira ta’ katekeżi fuq is-Sagramenti, ibda mill-Magħmudija. U fuq il-Magħmudija nixtieq nieqaf anki l-lum, biex nagħfas fuq frott importanti ħafna ta’ dan is-Sagrament: hu jagħmilna membri tal-Ġisem ta’ Kristu u tal-Poplu ta’ Alla. San Tumas ta’ Aquino jafferma li min jirċievi l-Magħmudija jiġi inkorporat fi Kristu kważi bħala membru ta’ l-istess ġismu u jingħaqad mal-komunità tal-fidili (ara Summa Theologiæ, III, q. 69, art. 5; q. 70, art. 1), jiġifieri mal-Poplu ta’ Alla. Skond it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, il-lum aħna ngħidu li l-Magħmudija ddaħħalna fil-Poplu ta’ Alla, tagħmilna membri ta’ Poplu f’mixja, Poplu pellegrin fl-istorja. Continue reading “Il-Magħmudija , Biha insiru membri tal-Ġisem ta’ Kristu”

Il-Magħmudija, Sagrament li fuqu tinbena l-fidi tagħna

1. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 8 ta’ Jannar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum se nibdew serje ta’ Katekeżi fuq is-Sagramenti, u l-ewwel waħda hi dwar il-Magħmudija. B’kumbinazzjoni tajba, il-Ħadd li ġej taħbat sewwa sew il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Continue reading “Il-Magħmudija, Sagrament li fuqu tinbena l-fidi tagħna”

Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem

27. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Diċembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq niftaħ l-aħħar serje ta’ katekeżi fuq l-istqarrija tal-fidi tagħna billi nittratta l-affermazzjoni “Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem”. B’mod partikulari nieqaf fuq il-ġudizzju fl-aħħar taż-żmien. Imma m’għandniex għax nibżgħu: nisimgħu x’tgħidilna l-Kelma ta’ Alla. Dwar dan, naqraw hekk fil-Vanġelu ta’ Mattew: Dak in-nhar Kristu “jiġi fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu… U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… U dawn imorru fit-tbatija ta’ dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta’ dejjem” (Mt 25:31-33,46). Continue reading “Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem”

Nemmen fil-Qawmien mill-Imwiet

26. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Diċembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nerġa’ lura għall-istqarrija: “Nemmen fil-qawmien mill-imwiet”. Din m’hix verità sempliċi u wisq inqas ovvja, għax, mgħaddsa kif aħna fil-ħajja ta’ din id-dinja, m’hux faċli għalina nifhmu r-realtajiet tal-futur. Imma l-Vanġelu jagħtina dawl: il-qawmien tagħna mill-imwiet hu strettament marbut mal-qawmien ta’ Ġesù; il-fatt li hu qam hu l-prova li jeżisti l-qawmien mill-imwiet. Għalhekk nixtieq nippreżenta xi aspetti li jolqtu r-rabta bejn il-qawmien ta’ Kristu u dak tagħna. Hu qam, u għax Hu qam, anki aħna għad inqumu. Continue reading “Nemmen fil-Qawmien mill-Imwiet”