L-Evanġelju tal-Ħamis 6 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 5, 1-11

Lil Pietru laqta xi ħaġa f’dan ir-raġel jippriedka u bi kliemu jiġbed il-folol. Sema’ bih u b’dak li għamel fis-Sinagoga u ra b’għajnejh, l-ewwel lill-kunjata u warajha ħafna oħrajn jinħelsu mill-mar du mit-tbatija. Semgħu ukoll jgħid l-għan tiegħu x’inhu u rah jgħixu mingħajr kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet. Continue reading L-Evanġelju tal-Ħamis 6 ta’ Settembru 2018

L-Evanġelju tal-Erbgħa 5 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 4, 38-44

Immedjatament wara li ppriedka u keċċa l-ispirtu ħażin mir-raġel, Ġesù baqa’ sejjer mad-dixxipli tiegħu għand Pietru. Jidher li Pietru u ħuh ma baqgħux joqgħodu Betsajda, minn fejn ġew, iżda marru joqgħodu fid-dar ta’ Pietru f’Kafarnahum. Continue reading L-Evanġelju tal-Erbgħa 5 ta’ Settembru 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 4, 31-37

Fl-Evanġelju skont San Luqa l-ewwel ħidma ta’ Ġesù hija l-evanġeliżżazzjoni, jgħallem; għallem f’Kafarnahum, fejn probabilment ma kien jafu ħadd, u jidher li ma kellux problemi, għallem fis-Sinagoga ta’ Nazaret u dawk li kienu jafuh riedu jixħtuh minn fuq l-irdum għal isfel. San Ġorġ Preca kien jgħid li t-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid. Mingħajru hemm dagħbien il-ħsara. L-għan ta’ Ġesù skont San Luqa wkoll hu li jgħallem, jiftaħ l-imħuħ u jmiss il-qlub biex il-bniedem li lest li jiftaħ widnejh biex jisma idur lejn Alla u jingħaqad miegħu. Continue reading L-Evanġelju tat-Tlieta 4 ta’ Settembru 2018