Il-Biża’ ta’ Alla

7. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Ġunju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Id-don tal-biża’ ta’ Alla, li fuqu sa nitkellmu l-lum, jagħlaq il-lista tas-seba’ doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Ma jfissirx li aħna għandna għax nibżgħu minn Alla: nafu sewwa li Alla hu Missier, u li jħobbna u jixtieq is-salvazzjoni tagħna, u dejjem jaħfer, dejjem; għalhekk m’hemmx raġuni biex nitbeżżgħu minnU! Fil-verità l-biża’ ta’ Alla hu d-don ta’ l-Ispirtu s-Santu li jfakkarna kemm aħna żgħar quddiemu u quddiem imħabbtu u li l-ġid tagħna qiegħed f’li nintelqu f’idejh b’umiltà, b’rispett u b’fiduċja. Dan hu l-biża’ ta’ Alla: l-abbandun fit-tjieba tal-Missier tagħna li jridilna tant ġid. Continue reading Il-Biża’ ta’ Alla

Il-Pjetà

6. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Ġunju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-lum irridu nieqfu fuq don ta’ l-Ispirtu s-Santu li tant drabi jinftiehem ħażin jew jitqies b’mod superfiċjali, meta fil-verità dan imiss fil-qalba tagħha l-identità tagħna u l-ħajja Nisranija tagħna: qed nitkellem dwar id-don tal-pjetà. Continue reading Il-Pjetà

Ix-Xjenza

5. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 21 ta’ Mejju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-lum nixtieq nixħet dawl fuq don ieħor ta’ l-Ispirtu s-Santu, id-don tax-xjenza. Meta nitkellmu dwar xjenza, il-ħsieb tagħna minnufih jaqa’ fuq il-ħila tal-bniedem li jkun jaf dejjem aħjar ir-realtà li biha hu mdawwar u li jiskopri l-liġijiet li jmexxu n-natura u l-univers. Imma x-xjenza li tiġi mill-Ispirtu s-Santu ma tillimitax ruħha biss għall-għarfien uman: hi don speċjali, li jwassalna biex, permezz tal-ħolqien, nifhmu l-kobor u l-imħabba ta’ Alla u r-relazzjoni profonda tiegħu ma’ kull ħlejqa. Continue reading Ix-Xjenza

Il-Qawwa

4. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 14 ta’ Mejju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżijiet li għaddew irriflettejna fuq l-ewwel tliet doni ta’ l-Ispirtu s-Santu: l-għerf, il-fehma u l-kunsill. Il-lum naħsbu f’dak li jagħmel il-Mulej: Hu jiġi dejjem biex iweżinna fid-dgħufija tagħna u dan jagħmlu b’don speċjali: id-don tal-qawwa. Continue reading Il-Qawwa

Il-Kunsill

3. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Mejju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Għadna kemm smajna l-qari ta’ dik is-silta mill-ktieb tas-Salmi li tgħid: “Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; mqar bil-lejl qalbi tgħallimni” (Salm 16:7). U dan hu don ieħor ta’ l-Ispirtu s-Santu: id-don tal-kunsill. Nafu kemm hu importanti li fil-mumenti l-aktar delikati nkunu nistgħu nserrħu fuq is-suġġerimenti ta’ persuni għarfa u li jridulna l-ġid. Issa, permezz tad-don tal-kunsill, hu Alla nnifsu li, bl-Ispirtu tiegħu, idawwal il-qalb tagħna, hekk li jgħinna nifhmu x’inhu l-mod xieraq li bih għandna nitkellmu u nġibu ruħna u t-triq li għandna nimxu. Imma kif jaħdem fina dan id-don? Continue reading Il-Kunsill

Il-Fehma

2. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 30 t’April 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Wara li ħarisna lejn l-għerf, l-ewwel wieħed mis-seba’ doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-lum nixtieq nixħet l-attenzjoni tiegħi fuq it-tieni don, jiġifieri dak tal-fehma. Hawn m’aħniex nitkellmu dwar l-intelliġenza umana, il-ħila intellettwali li biha nistgħu nkunu mżejna ftit jew ħafna. Imma din hi grazzja li l-Ispirtu s-Santu biss jista’ jagħti u li żżejjen lin-Nisrani bil-ħila li jmur lil hemm mill-aspett estern tar-realtà u jgħarbel sa fil-qiegħ tal-ħsieb ta’ Alla u tal-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni. Continue reading Il-Fehma

L-Għerf

1. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 9 t’April 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nibdew serje ta’ katekeżi fuq id-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Tafu intom li l-Ispirtu s-Santu hu r-ruħ li tagħti l-ħajja lill-Knisja u lil kull Nisrani: hu l-Imħabba ta’ Alla li jagħmel minn qalbna l-għamara tiegħu u jidħol f’komunjoni magħna. L-Ispirtu s-Santu dejjem hu magħna, dejjem hu fina, fil-qalb tagħna. Continue reading L-Għerf