Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda

8. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 1 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-Mulej sawwab sa mill-bidu fuq il-Knisja d-doni ta’ l-Ispirtu tiegħu, u hekk għamilha dejjem ħajja u għammiela bid-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fost dawn id-doni, jingħażlu xi wħud li huma partikularment prezzjużi għall-bini u l-mixja tal-komunità Nisranija: dawn huma l-kariżmi. F’din il-katekeżi nixtiequ nsaqsu lilna nfusna: X’inhi eżattament kariżma? Kif għandna nagħrfuha u nilqgħuha? U fuq kollox: il-fatt li fil-Knisja hemm diversità u kotra ta’ kariżmi, għandna nħarsu lejh f’sens pożittiv, bħala xi ħaġa sabiħa, jew bħala problema? Continue reading Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda

Il-Knisja hi Kattolika u Appostolika

7. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 17 ta’ Settembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Din il-ġimgħa nkomplu nitkellmu fuq il-Knisja. Meta nistqarru l-fidi tagħna, aħna naffermaw li l-Knisja hi Kattolika u Appostolika. Imma x’inhi l-vera tifsira ta’ dawn iż-żewġ kelmiet, ta’ dawn iż-żewġ noti karatteristiċi tal-Knisja? U x’valur għandhom għall-komunitajiet Insara u għal kull wieħed u waħda minna? Continue reading Il-Knisja hi Kattolika u Appostolika

Il-Knisja hi Omm (II): tgħallimna l-opri tal-ħniena

6. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 10 ta’ Settembru 2014

Nirringrazzjakom taż-żjara tagħkom, grazzi ħafna. Nitlobkom iżżommuni fit-talb tagħkom, tinsewx, eħ!, biex nista’ nibqa’ għaddej b’xogħli. Jiena nitlob għalikom ilkoll u għat-tfal. U issa, ilkoll flimkien, nitolbu lill-Madonna u nagħtikom il-barka tiegħi. [Ave Maria] Il-jum it-tajjeb, u ħarsu ’l quddiem, eħ! Grazzi lilkom! Grazzi. Continue reading Il-Knisja hi Omm (II): tgħallimna l-opri tal-ħniena

Il-Knisja hi Ommna

5. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 3 ta’ Settembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-katekeżi li għaddew kelli ċ-ċans nirrimarka iżjed minn darba li Nsara ma nsirux waħidna, jiġifieri bis-saħħa tagħna, b’mod awtonomu, lanqas insiru Nsara f’xi laboratorju, imma niġu mnissla u mrawma fil-fidi fi ħdan dan il-ġisem kbir li hu l-Knisja. F’dan is-sens il-Knisja hi tabilħaqq omm, ommna l-Knisja – kemm hu sabiħ li nsejħulha b’dan il-mod: ommna l-Knisja – omm li tagħtina l-ħajja fi Kristu u flimkien ma’ ħutna l-oħra kollha tgħajjixna f’għaqda waħda ma’ l-Ispirtu s-Santu. Continue reading Il-Knisja hi Ommna

Il-Knisja: Waħda u Qaddis

4. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 27 t’Awwissu 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Kull darba li nġeddu l-istqarrija tal-fidi tagħna billi ngħidu l-“Kredu”, aħna naffermaw li l-Knisja hi “waħda” u “qaddisa”. Hi waħda, għax għandha l-bidu tagħha f’Alla Trinità, misteru ta’ għaqda u ta’ xirka sħiħa. Il-Knisja mbagħad hi qaddisa, għax hi mwaqqfa fuq Ġesù Kristu, tieħu l-ħajja mill-Ispirtu Qaddis tiegħu, hi mogħnija bl-imħabba u l-fidwa tiegħu. Imma fl-istess waqt li hi qaddisa, hi magħmula minn midinbin, ilkoll kemm aħna, midinbin, li ta’ kuljum inħabbtu wiċċna mad-dgħufijiet tagħna u x-xejn tagħna. Mela din il-fidi li nistqarru tressaqna għall-konverżjoni, biex bil-kuraġġ kollu ngħixu ta’ kuljum l-għaqda u l-qdusija, u jekk aħna m’aħniex magħqudin, jekk m’aħniex qaddisin, dan għax m’aħniex fidili lejn Ġesù. Imma Hu, Ġesù, ma jitlaqniex waħidna, qatt ma jħalli lill-Knisja tiegħu waħidha! Hu jimxi magħna, Hu jifhimna. Jifhem id-dgħufijiet tagħna, id-dnubiet tagħna, jaħfrilna, dejjem jekk aħna nħalluh jaħfrilna. Hu dejjem magħna, biex jgħinna nsiru inqas midinbin, iktar qaddisin, iktar magħqudin. Continue reading Il-Knisja: Waħda u Qaddis

Patt ġdid u Poplu ġdid

3. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 6 t’Awwissu 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi li għaddew rajna kif il-Knisja hi poplu, poplu mħejji minn Alla bis-sabar u l-imħabba u li aħna lkoll imsejħin nagħmlu parti minnu. Il-lum nixtieq nitkellem dwar l-element ġdid li jikkaratterizza lil dan il-poplu: dan hu tabilħaqq poplu ġdid, li hu mwaqqaf fuq il-patt il-ġdid, li l-Mulej Ġesù tana permezz tad-don ta’ ħajtu. Dan l-element ġdid ma jiċħadx il-mixja li saret qabel u lanqas imur kontriha, anzi, imexxiha ’l quddiem, iwassalha għat-twettiq tagħha. Continue reading Patt ġdid u Poplu ġdid

L-appartenenza għall-poplu ta’ Alla

2. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Ġunju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-lum hemm grupp ieħor ta’ pellegrini magħqudin magħna fl-Awla Pawlu VI, huma l-pellegrini morda. Għax b’dan it-temp, bejn is-sħana u l-possibbiltà ta’ xita, kien iżjed prudenti li jibqgħu hemm ġew. Imma jinsabu magħqudin magħna permezz ta’ l-iskrin. U hekk ninsabu magħqudin fl-istess udjenza. U l-lum ilkoll kemm aħna se nitolbu speċjalment għalihom, għall-fejqan tagħhom. Grazzi. Continue reading L-appartenenza għall-poplu ta’ Alla