L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015: Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum.

Continue reading “L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol”

L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mistieden imexxi Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu waqt l-ewwel żjara uffiċjali fid-Djoċesi ta’ Għawdex fejn flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex, ikkonċelebraw il-kappillani u l-kleru Għawdxi.
Continue reading “L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekosté

Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015: Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekosté”

Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku

It-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

Continue reading “Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku”

Li tilqa’ tifel ċkejken huwa att ta’ tama kbira fl-umanità

Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju: L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-wasla tal-urna bil-fdalijiet ta’ San Ġwann Bosco, fil-knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Ħal Qormi.

Continue reading “Li tilqa’ tifel ċkejken huwa att ta’ tama kbira fl-umanità”

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi

Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof ta’ l-Ministeru tal-Lettorat lis-seminaristi Ryan Lee Pace, Mark Spiteri u Sinclair Bugeja, fil-parroċċa tal-Iklin.

Continue reading “L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi”

L-Arċisqof jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Azzopardi

L-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lid-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, biex jagħmel talba bil-miktub lilu, bħala Arċisqof ta’ Malta, biex jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni tal-fundatur tad-Dar, Mons. Mikiel Azzopardi. Dan tħabbar waqt messaġġ li l-Arċisqof għamel fl-inawgurazzjoni ta’ Misraħ San Giovanni XXIII, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Continue reading “L-Arċisqof jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Azzopardi”