Il-Papa beda l-vjaġġ tiegħu fiċ-Ċilì

Fl-ewwel diskors tiegħu waqt iż-Żjara Pastorali fiċ-Ċili, il-Papa Franġisku qal li aħna lkoll imsejħa biex ngħinu fil-bini ta’ pajjiżna filwaqt li nagħmlu minn kollox biex niddefendu u nħarsu l-ħolqien. Il-Papa qal li ċ-Ċili hu pajjiż għal qalbu ħafna għax fi tfulitu għex u ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu hemmhekk u qal li l-Innu nazzjonali tal-pajjiż hu għanja ta’ tifħir għal din l-art mimlija promessi u sfidi imma fuq kollox mimlija tama għall-futur.
Continue reading Il-Papa beda l-vjaġġ tiegħu fiċ-Ċilì

“Kull soru hi ġrajja ta’ ġenerożità”

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018: Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Ġovanna Antida Thouret bdew il-ħdima tagħhom fid-Dar tal-Providenza, il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi ċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f’din id-Dar. Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem dwar l-importanza li l-ħajja tkun dejjem imħarsa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha, meta hi l-iżgħar nett, meta hi dipendenti totalment fuq ħaddieħor imma hi ħajja umana, sat-tmiem naturali tagħha, meta kultant ukoll tfisser dipendenza. Continue reading “Kull soru hi ġrajja ta’ ġenerożità”

Il-Papa Franġisku dwar il-frott tal-gwerra

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Fit-titjira li qed tieħdu lejn iċ-Ċili il-Papa qassam lill-ġurnalisti ritratt ta’ tifel ċkejken, iġorr il-katavru ta’ ħuh, wara li ntefgħet il-bomba atomika fuq il-belt ta’ Nagasaki. Dan ir-ritratt semmieh “il-frott tal-gwerra”. Il-Papa wera t-tħassib tiegħu dwar il-periklu li qegħdin fil-limitu ta’ gwerra nukleari.

Ara hawn taħt ir-ritratt li qassam il-Papa lill-ġurnalisti li kien miegħu fuq l-istess ajruplan …

Continue reading Il-Papa Franġisku dwar il-frott tal-gwerra

Vjaġġ Appostoliku ieħor mill-Papa Franġisku

It-Tnejn, 15 ta’ Jannr 2018: Minkejja l-eta tiegħu ta’ 81 sena, fit-tmienja ta’ dalgħdu ħin ta’ Malta, il-Papa Franġisku telaq mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma lejn dak ta’ Santiago fiċ-Ċili fejn huwa se jagħti bidu għall-Vjaġġ Appostoliku ieħor mnejn nhar il-Ħamis li ġej huwa jerġa’ jaqbad ajruplan ieħor lejn Lima, fil-Perù.  Continue reading Vjaġġ Appostoliku ieħor mill-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku fl-Angelus tal-bieraħ ħeġġiġna biex infittxu fejn jgħix Ġesù

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Il-Papa Franġisku talab l-Angelus ilbieraħ il-Ħadd mal-pellegrini u t-turisti fi Pjazza San Pietru u rrifletta dwar il-qari tal-Quddiesa u dwar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. Il-Papa qal li l-Vanġelu idaħħalna fiż-żmien liturġiku ordinarju, żmien li jservi biex janima u jivverifika l-mixja tagħna ta’ fidi fil-ħajja tas-soltu, għaliex ifakkarna fis-sejħa tagħna li nimxu wara Ġesù. Huwa żied jgħid li dan iż-żmien iservi biex janima u jikkonferma l-vjaġġ tagħna tal-fidi fil-ħajja ta’ kuljum, f’dinamika li timxi bejn l-epifanija u d-dixxipulat, bejn il-manifestazzjoni u l-vokazzjoni.
Continue reading Il-Papa Franġisku fl-Angelus tal-bieraħ ħeġġiġna biex infittxu fejn jgħix Ġesù