PRESIDENT ĠDID TAL-MOVIMENT MISSJUNARJU “ĠESÙ FIL-PROXXMU”

It-Tlieta, 10 ta’ Settembeu 2017: Wara l-mewt ftit jiem ilu ta’ Mons. George Grima, fundatur u President tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, “bix-xewqa li l-ħidma missjunarja mibdija minn Dun Ġorġ tkompli tinfirex”, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jaħtar fl-uffiċċju ta’ President tal-Moviment lil DUN ALEX CAUCHI, mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, li ilu missjunarju fil-Brażil u l-Perù sa mis-sena 1995.   Continue reading PRESIDENT ĠDID TAL-MOVIMENT MISSJUNARJU “ĠESÙ FIL-PROXXMU”

Is-Sorijiet Agostinjani f’Għawdex fakkru l-Fundatriċi tagħhom.

Is-Sibt: 7 ta’ Ottubru 2017: Illum is-Sorijiet Agostinjani f’Għawdex fakkru lill-Venerabbli Maria Teresa Spinelli, Fundatriċi tagħhom. Waqt quddiesa għal din l-okkażjoni Mons Mario Grech qal li għalkemm il-Qaddejja ta’ Alla Madre Maria Teresa Spinelli, il-Fundatriċi tas-Sorijiet Agostinjani, kienet Taljana, hija benefattriċi tal-gżejjer Maltin u f’dawn il-wieħed u sebgħin sena l-preżenza tas-Sorijiet Agostinjani fid-Djoċesi kienet barka mis-Sema.
Continue reading Is-Sorijiet Agostinjani f’Għawdex fakkru l-Fundatriċi tagħhom.

It-Tfal jfakkru l-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru 2017, fis-6:00 p.m., tfal minn diversi parroċċi ħadu sehem f’mixja qasira bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-mixja bdiet mid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys sal-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Wara ġiet iċċelebrata Quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. L-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal u l-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara.
Continue reading It-Tfal jfakkru l-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima