Malta se tkun il-Kapitali Ekumenika fl-2020

It-Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018: Pajjiżna kien magħżul biex fl-2020 ikun il-Kapitali Ekumenika.  L-Insara f’Malta għadhom kemm ġew fdati mill-Vatikan u mill-World Council of Churches f’Ġinevra biex iħejju t-tema u r-riflessjonijiet għal dan l-avveniment ekumeniku importanti. Waqt li ta din l-aħbar, Dun Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Ekumenika Maltija qal li għalina dan mhux biss privileġġ, imma wkoll responsabiltà li ser twassal l-Insara f’Malta li joffru l-esperjenza tal-vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss lill-Ewropa imma wkoll lid-Dinja kollha.

Ara d-diskors kollu ta’ Dun Hector Scerri hawn taħt … Continue reading Malta se tkun il-Kapitali Ekumenika fl-2020

Kappillan ġdid fil-Parroċċa tal-Gudja – Dun Norman Zammit

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Norman Zammit bħala l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, il-Gudja. Dun Norman Zammit twieled fit-3 ta’ Awwissu 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żurrieq u fl-iskejjel sekondarji San Mikiel u l-Kulleġġ Monte Karmeli, Santa Venera. Continue reading Kappillan ġdid fil-Parroċċa tal-Gudja – Dun Norman Zammit

Kappillan ġdid fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi – Dun Ewkarist Zammit

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Ewkarist Zammit bħala l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.  Dun Ewkarist Zammit twieled is-Siġġiewi fit-23 ta’ Lulju 1980. Continue reading Kappillan ġdid fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi – Dun Ewkarist Zammit

Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018: Fil-Kurja tal-Arċisqof se tittella’ wirja żgħira ta’ diversi oġġetti reliġjużi, miġjuba mill-Iraq u li nstabu fi knejjes li ġew ipprofanati, tkissru u nħarqu mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku. Continue reading Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof