L-Isqfijiet se jieħdu sehem fil-Manistazzjoni favur il-Ħajja

cjs_mg.jpgL-Erbgħa 18 ta’ April 2018:  Għadna kif konna nfurmati li l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech se jieħdu sehem fil-Manifestazzjoni favur il-Ħajja li ser issir il-Ħadd li ġej, 22 ta’ April 2018, minn quddiem Kastilja sal-Parlament.  Il-manifestazzjoni tibda fl-4.00 pm u tintemm fil-5.30 pm.

Meħtieġ aktar impenn biex l-Insara jibqgħu fil-Lvant Nofsani

unnamed.jpgL-Erbgħa 18 ta’ April 2018: Il-Mexxej tal-Knisja Ortodossa Kopta fl-Eġittu, il-Papa Tawdaros II talab li l-Kattoliċi jżidu l-impenn tagħhom biex l-Insara ma jitilqux mill-Lvant Nofsani.  Huwa ghamel dan l-appell waqt laqgħa li kellu mad-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need tar-Renju Unit, waqt li dan kien fuq żjara fl-Eġittu.  Aktar dettalji …  https://www.acnmalta.org/2018/04/16/egypt-help-our-faithful-to-stay-coptic-pope-tawadros-ii-john-newton-acn-uk/

Il-Papa jgħannaq tifel li jibki minħabba missieru li miet ateu.

It-Tnejn 16 ta’ April 2018:  Emanuele tilef lil missieru. U l-Papa Franġisku jagħmillu kuraġġ:

“Int veru għandek kuraġġ biex tibki quddiem kulħadd” – “Missieri kien ateu. Il- papà qiegħed fis-sema?”. Emanuele beda riesaq bil-mod, ma jafx fejn hu, il-kappillan baxxielu l-mikrofonu biex ikun jista’ jagħmel id-domanda tiegħu lill-Papa, jaqbad il-mikrofnu u jibda jibki bil-mod. Il-Papa Franġisku għamillu kuraġġ u l-n-nies tawh applaws. Ħadd ma seta’ jifhem li t-tifel kien imtaqqal għax id-domand li hu ried jagħmel lill-Papa kienet serja ħafna. Il-kappillan għamillu kuraġġ imma t-tifel baqa’ jibża’. Continue reading Il-Papa jgħannaq tifel li jibki minħabba missieru li miet ateu.

Jum il-Karità 2018

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018: Il-Knisja f’Malta għada l-Ħadd, 15 ta’ April, ser tiċċelebra Jum il-Karità, biex tgħin u tkompli tqajjem kuxjenza dwar id-dinjità ta’ kull persuna fis-soċjetà tagħna, l-aktar dawk vulnerabbli. Għal dan il-għan fi tmiem din il-ġimgħa ser isir ġbir speċjali fil-knejjes kollha waqt il-Quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd.
Continue reading Jum il-Karità 2018