Il-Papa jgħannaq tifel li jibki minħabba missieru li miet ateu.

It-Tnejn 16 ta’ April 2018:  Emanuele tilef lil missieru. U l-Papa Franġisku jagħmillu kuraġġ:

“Int veru għandek kuraġġ biex tibki quddiem kulħadd” – “Missieri kien ateu. Il- papà qiegħed fis-sema?”. Emanuele beda riesaq bil-mod, ma jafx fejn hu, il-kappillan baxxielu l-mikrofonu biex ikun jista’ jagħmel id-domanda tiegħu lill-Papa, jaqbad il-mikrofnu u jibda jibki bil-mod. Il-Papa Franġisku għamillu kuraġġ u l-n-nies tawh applaws. Ħadd ma seta’ jifhem li t-tifel kien imtaqqal għax id-domand li hu ried jagħmel lill-Papa kienet serja ħafna. Il-kappillan għamillu kuraġġ imma t-tifel baqa’ jibża’. Continue reading Il-Papa jgħannaq tifel li jibki minħabba missieru li miet ateu.

Jum il-Karità 2018

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018: Il-Knisja f’Malta għada l-Ħadd, 15 ta’ April, ser tiċċelebra Jum il-Karità, biex tgħin u tkompli tqajjem kuxjenza dwar id-dinjità ta’ kull persuna fis-soċjetà tagħna, l-aktar dawk vulnerabbli. Għal dan il-għan fi tmiem din il-ġimgħa ser isir ġbir speċjali fil-knejjes kollha waqt il-Quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd.
Continue reading Jum il-Karità 2018

Qbiela ma jitħallew jimxu skont il-kuxjenza

It-tneħħija tad-dritt, li l-qbiela jitħallew jimxu skont il-kuxjenza tagħhom, qed iwassal biex is-Servizz tas-Saħħa fir-Renju Unit (NHS) mhux qed isib qwiebel (midwives) biżżejjed għall-bżonnijiet tiegħu. – The Universe

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018: Alithea Williams mis-‘Society for the Protection of Unborn Children (SPUC)’ issuġġeriet li t-tnaqqis aktarx ġej minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kuxjenza għall-qwiebel. Continue reading Qbiela ma jitħallew jimxu skont il-kuxjenza

Il-Patrijarka tal-Insara Maroniti fil-Lebanon dwar il-ġlied fis-Sirja

bc3a9chara-rac3af.jpgIl-Ħadd 15 ta’ April 2018: Il-Kardinal Bechara Rai, Patrijarka tal-Insara Maroniti fil-Lebanon,  għamel appell sabiex tieqaf il-gwerra fis-Sirja u jkun hemm ħidma għall-paċi sħiħa permezz tad-diplomazija.   “Jiddispjaċina li mhux qed joħroġ kliem ta’ paċi minn fomm in-nies f’awtorità fid-dinja tal-lum.”  Ara aktar minn hawn …  https://cruxnow.com/global-church/2018/04/13/lebanese-cardinal-warns-against-new-drums-of-war-in-syria/