Il-Kardinal Farrell: Issa l-waqt li nimplimentaw il-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Lajċi

“Dan huwa l-waqt li fih għandna nippruvaw nimplimentaw tassew it-tagħlim tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II dwar ir-rwol tal-lajċi fil-Knisja, implimentazzjoni li f’waqtiet imxiet bilmod.  Dan qalu il-Kardinal Kevin Farrell, Prefett tad-Dikasteru Pontifiċju għal-Lajċi, għall-Familja u għall-Ħajja …

https://www.americamagazine.org/faith/2017/07/07/cardinal-farrell-time-implement-vatican-iis-teaching-laity

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna lill-Kardinal DiNardo b’solidarjetà mar-residenti ta’ Texas

L-Erbgħa, 30 ta’ Awwissu 2017: L-Arċisqof Charles J. Scicluna bagħat messaġġ lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Daniel Nicholas DiNardo, Arċisqof tal-Arċidjocesi ta’ Galveston-Houston u President tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti, b’solidarjetà miegħu u mal-poplu ta’ Houston fl-Istat ta’ Texas. Dan wara li l-urugan Harvey qed joħloq ħerba fost ir-residenti tat-tieni l-akbar stat tal-Istati Uniti. L-Arċisqof Scicluna wiegħed lill-Kardinal DiNardo it-talb tiegħu u tal-poplu Nisrani f’Malta.

http://thechurchinmalta.org/mt/posts/71664/messagg-mill-arcisqof-lill-kardinal-dinardo-bsolidarjeta-mar-residenti-ta-texas-fl-istati-uniti

Ix-Xahar tal-Ħolqien 2017

Bejn l‑1 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru li ġej, f’Malta u Għawdex ser jitfakkar ‘Ix‑Xahar tal‑Ħolqien fil‑Ħsieb Nisrani’ għas‑sena 2017. It‑tnedija ser issir nhar is‑Sibt 2 ta’ Settembru, mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa Solenni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:00 p.m. Dan wara li nhar il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Settembru, fil‑knejjes ta’ Malta u Għawdex, ikun sar talb għall‑kura tal‑ħolqien. Continue reading Ix-Xahar tal-Ħolqien 2017

L-Isqfijiet dwar il-vjolenza f’ Charlottesville

Il-Ħamis. 24 ta’ Awwissu 2017: Rally ippjanat minn qabel minn estremisti tal-lemin, imsejħa “alt-right”, li kienu jinkludu individwi li jemmnu fis-supremazija tal-bojod u gruppi neo-Nazisti, ġie milqugħ minn kontra-protesti kbar. Hekk kif faqqa’ l-ġlied bejn iż-żewġ gruppi, il-pulizija ppruvaw iferrxu l-folol, iżda tużżani ta’ persuni sfaw feruti, u persuna waħda sfat maqtula meta karrozza nsaqet għal fuq grupp ta’ nies li kienu qed jipprotestaw kontra.
Continue reading L-Isqfijiet dwar il-vjolenza f’ Charlottesville

Mill-vizzji għall-ordinazzjoni: il-vjaġġ ta’ wieħed raġel bla saqaf fuq rasu, lejn is-saċerdozju

Il-Ġimgħa, 25 Awissu, 2017: Claude Paradis kien raġel fqir u bla saqaf fuq rasu, jgħix barra fit-toroq ta’ Montreal, fil-Kanada. Kien jiġġieled kontra il-vizzji tal-alkohol u d-droga, u b’futur hekk skoraġġanti, wasal sabiex jgħaddilu l-ħsieb minn moħħu li jtemm ħajtu.

http://www.catholicnewsagency.com/news/from-addiction-to-ordination-a-homeless-mans-journey-to-priesthood-17926/