Quddies f’Għawdex b’suffraġju għal ġurnalisti mejtin

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru. Messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mibgħut lill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin li organizzat Quddiesa f’għeluq ix-xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, b’suffraġju għal ruħha u ruħ il-ġurnalisti mejtin kollha. Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria.

Continue reading Quddies f’Għawdex b’suffraġju għal ġurnalisti mejtin

Newletter fl-Awstralja dwar l-Arċisqof Charles J. Scicuna

Il-Ħamis, 16 ta’ Novembru 2017: Fil-ħarġa ta’ Novembru tal-Maltese E-Newsletter tal-Awstralja kienet publikata biografija tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna. Barra minn hekk fl-istess ħarġa kien publikat ukoll id-diskors li l-Arċisqof kien għamel it-Tnejn, 27 ta’ April 2015, lil dawk li ħadu sehem fil-konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.    Ara l-publikazzjoni kollha minn hawn … Maltese E-Newsletter 194 – November 2017

 

Il-Papa bagħat il-kondoljanzi lill-popli tal-Iraq u l-Iran milquta minn terremot qawwi ħafna

Il-Papa Franġisku bagħat messaġġi ta’ kondoljanzi lill-poplu tal-Iran u tal-Iraq wara li terremot qawwi ħalla ħerba u mal-400 vittma l-aktar fl-Iran. Il-Papa wiegħed is-solidarjetà tiegħu lil dawk kollha milquta minn din it-traġedja u offra t-talb għall-vittmi. Huwa talab ukoll barkiet ta’ faraġ u qawwa fuq dawk li qed jagħtu l-ewwel għajnuna u l-awtoritajiet ċivili. Continue reading Il-Papa bagħat il-kondoljanzi lill-popli tal-Iraq u l-Iran milquta minn terremot qawwi ħafna

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2018

L-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2017: Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2018 ‑ 2019 ġew ippubblikati fuq il‑websajt tal‑Knisja f’Malta http://www.thechurchinmalta.org. B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,529 post vakanti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru, jew onlajn mil‑lum, l‑Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017, jew f’waħda mid‑diversi skejjel tal‑Knisja bejn Novembru 2017 u Frar 2018 kif indikat fir‑regolamenti. Continue reading Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2018

Il-Papa jibda serje ta’ katekeżi ġdida dwar l-Ewkaristija

L-Erbgħa, 8 ta’ Novembru 2017: Illum, waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku ta bidu għal serje ġdida ta’ Katekeżijiet dwar l-Ewkaristija. Fid-daħla tiegħu ta’ dalgħodu huwa tkellem dwar il-Quddiesa u saħaq dwar il-ħtieġa li biex nistgħu ngħixu dejjem iżjed b’mod sħiħ ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, irridu nifhmu tajjeb il-valur u t-tifsira tagħha.    Kompli ara filmat u aqra d-disors kollu tal-Papa minn hawn … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Udjenza_08112017.htm