Jum il-Foqra

It-Tlieta, 7 ta’ Novembru 2017: Kif konna ġa ħabbarna minn dan is-sit f’Ġunju li għadda, homeless-woman-rome-italyminn din is-sena l-Papa Franġisku nieda JUM IL-FOQRA, u talab li dan ikun imfakkar kull sena fit- Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-Sena, li huwa propju l-Ħadd ta’ qabel iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu u li jagħlaq is-sena liturġika.

Din is-sena, Jum il-Foqra jaħbat il-Ħadd 19 ta’ Novembru. Tista’ taqra bil-Malti l-messaġġ tal-Papa Franġisku għal dan il-jum minn dil-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/Fr1_Messagg_Jum-Foqra_2017_13062017.htm

Russia’s Fall From (God’s) Grace Through Revolution

It-Tnejn, 6 ta’ Novembru 2017: Id-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima fl-1917 u li l-Knisja  fakkret, anke f’pajjiżna fix-xhur li għaddew, kienu fuq kollox twissija serja mill-Verġni Marija għat-terrur li kien wasal biex iseħħ u li kien ikkawżat mir-Russja Komunista. L-artiklu ta’ hawn taħt, publikat mill-NCR ftit jiem ilu, jagħti biss ħjiel żgħir ta’ dak li ġara … Continue reading Russia’s Fall From (God’s) Grace Through Revolution

Ta’ interess mhux biss għall-filatelisti imma wkoll għal dawk interesati fid-djalogu ekumeniku

stamp.jpgIs-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017:

Id-Dipartiment tal-Filatelija tal-Vatikan għadu kif ħareg bolla kommemorattiva li tfakkar il-500 anniversarju tar-Riforma Protestanta li kienet ċelebrata t-Tlieta, 31 ta’ Ottubru. Il-bolla għandha l-valur ta’ ewro u turi x-xbieha ta’ Kristu msallab waqt li għarkubtejhom maġenbu jidhru Luteru u l-ħabib tiegħu Melantone.

Patri jirriżenja wara li kiteb ittra ta’ kritika lill-Papa

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2017. Il-Patri Kappuċċin Fr Thomas Weinandy irriżenja weinandy-800x500.jpgminn konsulent tal-Konferenza Episkopali Amerikana wara li huwa ppublika ittra li tikkritika bl-aħrax lill-Papa Franġisku. Fi stqarrija li ħarġu, l-Isqfijiet Amerikan qalu li xogħol tal-kumitat li tiegħu Father Weinandy kien membru huwa li jgħin lill-Papa u l-Knisja u għalhekk għandu jkun f’kolleġjalità sħiħa miegħu.
Ara aktar dettalji … http://www.catholicherald.co.uk/news/2017/11/02/us-bishops-part-ways-with-priest-who-criticised-pope-francis/

Knejjes li daqqew mota ta’ luttu bi protesta

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2017:  Il-Catholic Herald irrapurtat li l-qniepen tal-knejjes Ortodossi fil-Greċja, li 232299.x (1)huma mmexxija mill-Metropolita Amvrosios ta’ Kalavryta daqqew nota ta’ luttu b’sinjal ta’ protesta għal-liġi Griega li tippermetti lil żgħażzagħ li jkunu għalqu l-15-il sena, li fi ftit minuti u b’sempliċi dikjarazzjoni jistgħu jibdlu l-identità tal-ġeneru tagħhom kif jixtiequ huma.

Ara aktar dettalji minn hawn …
http://catholicherald.co.uk/news/2017/10/19/greek-orthodox-clergy-ring-church-bells-to-protest-transgender-law/

Franza tneħħi Salib minn pjazza pubblika

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2017: Is-sit newsbook.com.mt ħabbar li l-Kunsill tal-Istat ta’ Franza ordna li jitneħħa Salib minn monument li hemm fi pjazza pubblika, għax sostna li dan imur kontra l-Istat Lajk.Minkejja li dan is-Salib kien jinsab fi Bretagna, fil-qalba tal-Ewropa u mhux f’Raqqa li saret il-kapitali tal-ISIS fis-Sirja, xorta waħda il-Kunsill tal-Istat fi Franza iddeċieda li jitneħħa dan is-salib minn pjazza pubblika bl-iskuża li dan is-simbolu imur kontra l-Istat li jiddikjara li hu Stat Lajk.
Continue reading Franza tneħħi Salib minn pjazza pubblika

Il-gwerer ikomplu jolqtu ħafna aktar tfal

L-Arċisqof Bernardito Auza, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Magħquda ġibed l-attezjoni dwar il-fatt li l-għadd ta’ tfal milqutin ħażin minħabba l-gwerer qed jiżdied. Hu kien qed jikkowta mir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda ta’ dis-sena, li jgħid li l-2016 kienet l-agħar sena s’issa li fiha t-tfal intlaqtu ħażin u sofrew minħabba l-kunflitti bl-armi. Continue reading Il-gwerer ikomplu jolqtu ħafna aktar tfal