L-Arċisqof iħabbar id-deċizjoni li titwaqqaf ‘Dar il-Ħniena’

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħabbar li ser tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali. Spjega li l-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali. Continue reading “L-Arċisqof iħabbar id-deċizjoni li titwaqqaf ‘Dar il-Ħniena’”